Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1005

Judgement Details


Date
08/05/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
SALVATORE BEZZINA PR ET NE vs ONOR NUTAR JOSEPH ABELA LL.D. ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 3 TAL-ATT IV TAL-1947 - ATTI "JURE IMPERII" - IMPORTAZZJONI - KOMPETENZA - LICENZA
Summary
Min jitlon licenza minn gahnd il-Gvern taht is-"Supplies and Services Act, 1947", biex jimporta xi oggett kontrollat, hu obligat jirrispetta l-kondizzjonijiet li jigu mposti fil-licenza; u jekk fost dawn il-kondizzjonijiet ikun hemm dik li l-importatur ma jistghax ibiegh l-oggett importat bi prezz anqas minn imsemmi fil-licenza, dak l-importatur mma jistghax jallega lil-Gvern ma setghax jimponi dik il-kondizzjoni ghaliex hija ingusta; ghax id-diskrezzjoni tal-Gvern fil-koncessjoni tal-licenzi matistgahx tigi sindakta mill-Qrati ghal dak li jirrigwarda l-espedjenza taghha, billil-provvedimentiamministrattivi ma humiex suggetti ghas-sindakti tal-Qrati, meta jidhlu fl-attribuzzjonijiet tal-awtorita` li temanahom u jigu mahrugin bil-forma litird il-ligi. Il-Qrati jistghu biss jaraw jekk dakil-poter gerarkiku ezercitax il-fakolta` li ghandu skond il-ligi u bil-formalitajiet li tippreskrivi l-istess ligi. Fil-kaz prezenti, l-attur kien kien ottjena licenza mill-Gvern biex jimporta cilindri tal-gas, bil-kondizzjoni li jbieghhom hawn Malta bi prezz mhux anqas minn dak stabbilt fil-ilcenza. In segwitu l-Gvern ippermetta lill-Gas Board li jimporta cilindri simili u jbieghhom bi prezz inferjuri ghal dak stabbilit fil-licenza tal-attur. L-attur harrek lill-Gvern, u talab dikjarazzjoni li l-kondizzjoni mposta mill-Gvern fil-licenza tal-attur kienet nulla u bla effett, u b'raguni aqwa sakemm kondizzjoni simili ma tigix imposta relattivament ghal kull importazzjoni ta` cilindri ta` gaslikwidu. U l-Qorti ddikjarat l-imkompetenza taghha li teihu konjizzjoni ta` dik it-talba, gahx il-licenza kienet mahruga minnm in kellu johrogha u nharget bil-forma li trid il-ligi; u li ghalhekk hija ma setghetx tissindika l-kondizzjonijiet tal-licenza. U hekk eskludiet l-attur mid-domanda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info