Referenza: Volum 43C (1959), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 624

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/02/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
EMMANUELE BEZZINA vs EMMANUELE ATTARD ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1203, 1204, 1206, 1277(A) TAL-KODICI CIVILI - ART. 632(1) (2) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - INTERESS - LEGITTIMA - LIKWIDAZZJONI TA` WIRT - PAGAMENT - PROVA - RICEVUTA - RINUNZJA
Fil-Qosor
Il-pagament jista' jigi pruvat bil-mezzi kollha ammessi u rikonoxxuti mid-dritt probatorju, u ghalhekk ma jistax jinghad li f'kaz ta' trasferiment ta' immobili, jew ta' drittijiet immobiljari, il-hlastal-korrispettiv ma jkunx validu jekk ma jsirx per mezz ta' att publiku. Hija ghal hekk bizzejjedricevuta privata, u dik l-ircevuta tista' tingieb u hija ammissibli bhala prova. U jekk dik ir-ricevuta giet rilazzjata ghas-saldu tad-drittijiet kollha fuq il-wirt ta' persuna ohra, min irrilaxxja dik l-ircevuta ma ghandux interess legali li jipprovoka l-likwidazzjoni ta' dak il-wirt, u lanqas il-hlas tar-rizerva, peress li hu jinsab ga validament imhallas, u ghalhekk il-kawza li jistitwixxi majistax ikollha ebda rizultament utili jew vantaggjuz. Skrittura privata kontenut l-obligu li wiehedjirrinunzja b'att publiku ghad-drittijiet tieghu fuq il-wirt ta' persuna ohra ma tammontax, "ut sic", ghal trasferiment jew rinunzja traslattiva ta' dawk id-drittijiet, izda ghall-weghda ta' trasferiment, li ghaliha hi bizzejjed kitba privata' u ghaldaqstant, avvolja dak it-trasferiment ikun ghaduma sarx, il-firmatarju ta' dik l-iskrittura ma jistax jinvoka din l-ommissjoni favur tieghu u jitlobil-likwidazzjoni tal-wirt, meta hu marbut bi ftehim validu, li bih ircieva somma ta' flus bhala hlas definittiv u per saldu ta' kull dritt tieghu fuq dak il-wirt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni