Reference: Volume 38B (1954), Part No. 2, Section , Page 616

Judgement Details


Date
11/12/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
JOSEPH ZAMMIT vs JOSEPH CUTAJAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUVENILE COURT" - ART. 5 TAL-KAP. 71 - ART. 589 U 598 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DIRETTUR TA' L-"APPROVED SCHOOL" - DOKUMENTI - PROVI - PUBLICITA' TA' L-UDJENZI - QORTI TAL-MINORENNI - SIGRIET PROFESSJONALI - XHIEDA
Summary
Il-procedimenti quddiem il-Qorti tal-Minorenni huma regolati mill-Kapitlu 71 tal-Ligijiet ta' Malta;u l-artikolu 5 ta' dik il-Ligi jiddisponi illi "ebda persuna ohra hlief il-membri u l-ufficjali tal-Qorti u tal-Prosekuzzjoni, il-partijiet tal-kawza u d-difensuri taghhom, jew membri tal-professjonilegali, ix-xhieda jew persuni ohra interessanti direttament fil-kawza, il-genitur jew qarib iehor jew it-tutur tat-tifel jew taz-zaghzugh akkuzat, jew li ghalih il-proceduri jirriferixxu, ma tista' hlief bil-permess tal-Qorti, tkun prezenti fis-seduti tal-Qorti tal-Minorenni; izda r-rapprezentanti'bona fide' tal-gurnali ma jigux eskluzi". Din id-dispozizzjoni tidderoga ghall-principju fundamentali tal-publicita' ta' l-udienzi; imma l-procedura quddiem dik il-Qorti ma hix sigrieta, u dik id-dispozizzjoni hija ntiza biex il-minuri ma' jiltaqghux ma' nies ta' kondotta hazin li jibbazzikaw fil-Qrati tal-Pulizija: b'mod li dak kollu li jsir u jinghad f'dik il-Qorti mhux protett minn ebda sigriet u jista' jigi manifest minghajr ebda xkiel. Konsegwentement, id-Direttur ta' l-Approved School,li jigi mharrek bhala xhud f'kawza civili, mhux protett mis-sigriet meta jigi mistoqsi biex jaghti informazzjonijiet li gew a konjizzjoni tieghu f'kawza li saret fil-Qorti tal-Minorenni, u jista' jinvokadan il-privilegg jekk l-informazzjonijiet li jigi mitlub jaghti jkun ottenihom minn dokumenti lighandhom x'jaqsmu ma' korrispondenza tad-Dipartiment li ghalih huwa prepost. Jekk dawk l-informazzjonijiet huwa jkun ottenihom "aliunde" hu obligat jirrispondi. Jekk dak id-Direttur jigi mistoqsi biex ighid dak li sama' xhieda ohra jghidu fil-kawza quddiem il-Qorti tal-Minorenni, ikun il-kaz ta' "dietum de dieta", li bhala principju mhux proceduralment permess, imma l-ammissibilita ta' din il-prova tiddependi mic-cirkustanzi previsti mill-ligi, li fihom il-Qorti tista' tammetti xhieda fuq kliem hadd iehor. Jekk imbaghad dak id-Direttur jigi mistoqsi dwar xi dikjarazzjonijiet li saru lilu minhabba l-kwalita' tieghu ufficjali ta' Direttur ta' l-Approved School, huwa mhux obligat jirrispondijekk jidhirlu li l-manifestazzjoni tal-fatti lilu dikjarati tista' tkun ta' hsara ghas-servizz publiku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info