eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 671
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
15/06/1954
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
CARMELO BORG NE. vs DOMENICO CACHIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
ATT GUDIZZJARJU - BEJGH - KLAWSOLA "SOONEST" - KOSTITUZZJONI IN MORA - TERMINU
Fil-Qosor
Il-klawsola "soonest" addjetta ghall-kuntratt biex tindika z-zmien ta' l-ezekuzzjoni tieghu, tfisserli ghandu jigi mholli lid-debitur zmien kongenwu u ragjonevoli biex jezegwixxi l-obligazzjoni tieghu avut rigward ghac-cirkustanzi specjali. Dan, pero', ma jfisserx illi l-konvenzjoni b'dik il-klawsola hija konvenzjoni li tistabbilixxi terminu li l-iskadenza tieghu tibbasta wehedha biex tikkostitwixxi lid-debitur in mora. Konvenzjoni simili hija kaz ta' obligazzjoni li ggib maghha n-necessita'li dak it-terminu jigi stabbilit mill-Qorti avut rigward ghac-cirkustanzi, u wara li l-kreditur ikunikkostitwixxa lid-debitur in mora b'att gudizzjarju. Sakemm ma jkunx hemm dik il-kostituzzjoni inmora, id-debitur jista' jezegwixxi l-obligazzjoni tieghu f'kull zmien, u l-kreditur ma jistax jirrifjuta l-ezekuzzjoni ta' l-obligazzjoni fuq il-motiv tar-ritard tad-debitur. Ghax il-mora ma tivverifikax ruhha jekk mhux meta l-obligazzjoni tkun skaduta; u dan jigri jew bl-iskadenza tat-terminu stabbilit, jew, fin-nuqqas ta' terminu, bil-kostituzzjoni in mora tad-debitur, li skond il-ligi taghna topera ruhha b'interpellazzjoni maghmula b'att gudizzjarju, dirett lid-debitur biex jintimalu l-inadempiment ta' l-obligazzjoni tieghu. Ghaldaqstant, il-kumpratur li jkun ordna merkanzija bil-klawsola"soonest" ma jistax jirrifjuta li jircievi l-merkanzija fuq il-motiv li din tkun waslet minn barrab'certu ritard, jekk huwa ma jkunx ikkostitwixxa in mora lid-debitur li obliga ruhu li jipprokuraludik il-merkanzija; u dan avvolja l-kumpratur kien gie assikurat verbalment li l-merkanzija kellha tasal f'certu zmien, imma fil-fatt il-merkanzija tasal wara dak iz-zmien; ghax assikurazzjoni simili ma hix sufficjenti biex tistabbilixxi l-fissazzjoni ta' terminu li ma giex imsemmi u stipulat fil-konvenzjoni miktuba.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta