Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 620

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GIO MARIA DEBONO vs CARMELA LICARI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AR.901 U 902 TAL-KODICI CIVILI - CITAZZJONI - EREDITA` - KAWZALI - LEGITTIMA - RINUNZJA
Fil-Qosor
Il-legittima tista' tintalab anki minn dak li jkun nominat eredi, pero' wara li jkun irrinunzja ghall-eredita. Xejn ma jiswa li fil-permessi tac-citazzjoni jingad li l-attur ma jridx joqghod ghad-dispozizzjoni testamentarja billi jaghzel li jiehu l-kwota lilu rizervata mill-ligi, ghax ir-rinunzja ghall-wirt ma tistax tkun prezunta u tista' ssir biss b'dikjarazzjoni formali prezentata lir-Registrutal-Qorti ta'Gurisdizzjoni Volontarja fil-Gzira fejn id-decujus kien joqghod fiz-zmien tal-mewt tieghu. Il-ligi hja kategorija, u ma tammettix ghalhekk ekwipollenza. Konsegwentement, fin-nuqqas ta'rinunzja ghall-eredita bil-forma legali, l-azzjoni ta' l-attur li jitlob l-assenjazzjoni tal-legittima lilu talvolta kompetenti fuq l-eredita in kwistjoni hija intempestiva. U intempestiva ukoll huma d-domandi l-ohra dedotti fl-istess estazzjoni li ghandhom bhala kawzali ma hix sostenibili, dawk id-domandi l-ohra jsegwu l-istess xorti; u kieku dawk id-domandi kellhom jibqghu, l-azzjoni tigi jkollha kawzali gdida u diversa, kontra l-principju procedurali li l-kawzali element sostanzjali ta' l-azzjoni, ma tistax titbiddel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni