Referenza: Volum 44D (1960), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 776

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/11/1960
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
JOSEPH TANTI PALMIER vs JOSEPH RUNZA MIFSUD NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1481 (1) TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI REDIBITORJA - BEJGH - DEKADENZA - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Meta f'kaz ta' bejgh ta' oggett mobili ma tidholx l-ipotesi ta' merci difformi mill-kampjun, u lanqas dik ta' deficjenza fil-kwantita' jew fil-piz jew mizura, imma jkun il-kaz ta' nuqqas ta' rekwizitifl-oggett konsenjat mill-venditur biex dan jikkorrispndi ghall-fini li ghalieh riedu l-kumpratur meta kkonkluda l-kuntratt u stabbilixxa l-prezz, allura dan in-nuqqas ma jaghtix lok hlief ghall-azzjoni redibitorja. It-terminu ghall-ezercizzju ta' din l-azzjoni hu terminu ta' vera u proprja dekadenza, u mhux ta' preskrizzjoni; b'mod li dan it-terminu ma jistghax jigi sospiz jew interrott mill-kawzi li jissospendu jew jinterrompu l-kors tal-preskrizzjoni, eccettwata biss id-domanda gudizzjali proposta quddiem l-awtorita' kompetenti. U lanqas ma jiswew il-trattattivi li waqt li jkun ghaddej iz-zmien ikunu bdew bejn il-kontraenti biex jirrizolvu d-diffikultajiet li jkunu qamu, ammenokke', bhala effett u fil-kors tal-istess trattattivi l-venditur ma jkunx spicca biex irrikonoxxa u ammetta l-ezistenza tal-vizzju u l-konsegwenti legittimita' tar-reklam, u jkun addonsenta, per ezempju, li jiehu lura l-oggett jew li jaghmillu r--riparazzjonijiet okkorrenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni