Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 733

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/11/1954
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
JOSEPH VASSALLO vs CHARLES VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2 U 121 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - BEJGH - KONDIZZJONI RIZOLUZA - KUNTRATT KUMMERCJALI - PURGAZZJONI TAL-MORA - UZU KUMMERCJALI
Fil-Qosor
F'affarjiet ta' kummrc tghodd il-ligi kummercjali; izda fejn il-ligi ma tiddisponix, ighodd l-uzu tal-kummerc; u fin-nuqqas ta' dan tghodd il-ligi Civili. Ghaldaqstant, meta l-affari tkun regolata minn dispozizzjoni kontenuta fil-ligi kummercjali, hija dik id-dispozizzjoni li ghandha igi applikata,anki jekk ikun hemm dispozizzjoni diversa, jew anki kuntrarja, fil-ligi civili. Jekk ma hemmx dispozizzjoni fil-ligi kummercjali, imma hemm xi uzu kummercjali li jirregola dik l-affari anki dan l-uzu ghandu jipprevali ghal-ligi civili. Il-kondizzjoni rizolutiva tingadd dejjem bhala maghmula fil-kuntratti bilaterali ghall-kaz li wahda mill-partijiet tonqos ghall-obligazzjoni taghha. U ghalhekkfil-waqt l skond il-ligi civili f'dan il-kaz il-kuntratt ma jinhallx "ipso jure", u l-Qorti tista' skond ic-cirkustanzi taghti zmien xieraq lill-konvenut biex jezegwixxi l-obligazzjoni tieghu, bla hsara ta' kull dispozizzjoni ohra ta' l-istess ligi civili dwar il-kuntratt tal-bejgh skond il-ligi kummercjali, invece, il-kuntratt jinhall "ipso jure", u l-Qorti fl-ebda cirkustanza ma tista' taghti zmien lill-konvenut ghall-purgazzjoni tal-mora. Ghaldaqstant, jekk il-kumpratur jonqos mill-obligu tieghu li jirtira l-merkanzija fiz-zmien meta kellu jirtiraha, il-bejgh jinhall "ipso jure" trattandosi ta' affari kummercjali. U dan apparti milli dak il-bejgh jinhall "ipso jure" anki skond il-ligi civili, bis-sahha tad-dispozizzjoni li tghid li, meta l-kumpratur majipprezentax ruhu biex jircievi l-merkanzija jew haga ohra mobili fiz-zmien miftiehem ghall-konsenja, il-hall tal-bejgh isir "ipso jure" fl-interess tal-venditur, avvolja l-kondizzjoni rizoluttiva ma tkunx giet espressament miftehma.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni