Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 606

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/12/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
NICOLA FARRUGIA PR. ET NE. ET vs FRANCESCO FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2212 (1), 2223, 2224 U 2239 TAL-KODICI CIVILI - INTERRUZZJONI - MANDAT - PRESKRIZZJONI - PUSSESS - RIKONOXXIMENT - RINUNZJA
Fil-Qosor
Il-preskrizzjoni estintiva hija bazata fuq l-inerzja tat-titolar tad-dritt li kontra tieghu tigi opposta;imma s-semplici inerzja tal-proprjetarju tal-haga mhix bizzejed biex ittelfu jew tnaqqaslu d-dritt tieghu ta' proprjeta'. Il-proprjeta ma tintilefx bis-semplici inerzja tat-titolar tad-dritt billi dan ma jaghmelx uzu minnha, sakemm ma jinsorgix l-operat ta' haddiehor li jippossjedi dik il-haga bhala tieghu, u dan il-pussess idum ghandu tletin sena bl-inerzja tas-sid u jkun "anima domini" ujkollu l-karattri l-ohra rikjesti mill-ligi. Il-pussess prekarju huwa ostativ ghall-preskrizzjoni"ratione inutii"; b'mod li, jekk wiehed ikun jippossjedi haga bhala mandatarju ta' sidha, dak il-pussess ma jistax iservi ta' bazi ghall-preskrizzjoni. U l-oppozizzzjoni tal-possessur tad-dritt tal-proprjetarju ghandha ssir b'atti esterjuri univoci, li jaffermaw b'mod car u pozitiv il-volonta' tieghu li jbiddel il-kawza tal-pussess tieghu. Ir-rikonoxximent tad-dritt tal-proprjetarju fuq il-haga tieghu jammonta ghal att interruttiv tal-preskrizzjoni, avvolja dak ir-rikonoxximent ma jkunx sar bil-miktub ghax hija sufficjenti espressjoni kwalunkwe ta' volonta' tar-rikonoxximent. U r-rikonoxximent ma hux hag'ohra hlief rinunzja, b'mod li ghalih uma applikabili r-regoli tar-rinunzja, fosthom dik li tista' tkun espressa jew tacita'. Lanqas hemm bzonn li r-rikonoxximent jigi accettat mit-titolar tal-haga jew tad-dritt hekk rikonoxxut; ghax ir-rikonoxximent jammonta ghal konfessjoni li hija att merament unilaterali. Meta wiehed jakkwista fond fl-interess u bhala mandatarju ta' hadd iehor il-mandanti jsir proprjetarju tal-haga hekk akkwistat ghalih "ex tune". Dan pero' isehh fir-relazzjonijiet interni bejn l-okkwirent u l-mandatarju, u ghalhekk biex dan l-akkwist ikun jiswa quddiem it-terzi, hemm bzonn li l-fatt guridiku ta' l-akkwist fl-interess tal-mandanti jigi perfezzjonat billil-akkwirent jittrasferixxi lill-mandati dak il-fond b'att notarili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni