Reference: Volume 44D (1960), Part No. 3, Section , Page 781

Judgement Details


Date
18/02/1960
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
IL-MAESTA' TAR-REGINA vs SIGISFRIDO MANGION
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 458 (2) TAL-KODICI KRIMINALI - ART. 735 TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - ASTENSJONI U RIKUZAZZJONI TAL-IMHALLEF
Summary
Imhallef ma jistghax jigi rikuzat mill-Attorney General jew mill-akkuzat, u lanqas jista' jastjeni ruhu, f'ebda kawza, hlief ghal xi wahda mir-ragunijiet imsemmija fil-Kodici ta' Procedura Civili, jewminhabba li r-reat ikun sar bi hsara tieghu, ta' martu, jew ta' xi hadd li jigi minnu, mid-demm jewzwieg, fil-gradi msemmijin fl-istess Kodici ta' Procedura Civili. Fost il-kazijiet kontemplati mill-ligi ghar-rikuzazzjoni jew asstensjoni, hemm dak meta l-kawza tkun ga quddiem l-Imhallef bhala imhallef jew bhala arbitru; b'dan, pero', illi din id-dispozizzjoni ma tghoddx ghal decizjoni moghtijamill-Imhallef meta ma tkunx qatghet definittivament il-meritu tal-kwistjoni bejn il-partijiet, jew li tkun biss helset "ab observantia". Il-kazijiet kontemplati fil-ligi huma tassattivi, b'mod li l-Imhallef ma jistghax jigi rikuzat, u lanqas jastjeni ruhu minn rajh, ammenokke' il-kaz ma jkunx wiehed minn dawk specifikatament indikati fil-ligi. Bil-kelma "kawza" uzata fid-dispozizzjoni rilevantital-ligi, il-legislatur ried jirriferixxi ghall-"istess" kawza li fiha nqalghet id-decizjoni precedenti; b'mod illi ma hemmx lok ghar-rikuzazzjoni ta' Imhallef meta l-fatti li dwarhom irid jiggudika graw wara li nqatghet il-kawza li fiha huwa jkun ta l-gudizzju tieghu. Hu veru illi fil-kaz ta' dubju ghandu jigi deciz ghall-ammissjoni tar-rikuzazzjoni' imma, biex ma jigix distrutt il-principju l-iehor fondamentali illi l-kazijiet ta' rikuzazzjoni huma tassattivi, jehtieg li tassew u genwinamentikun hemm dubju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info