Referenza: Volum 44D (1960), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 785

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/07/1960
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
IL-MAESTA' TAR-REGINA vs ALFRED SIVE EFFIE BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TAL-AKKUZA - NULLITA' - RINUNZJA - RINVIJU TAL-ATTI TAL-KUMPILAZZJONI
Fil-Qosor
Jekk l-Attorney General jiddecidi li ma jqieghedx lill-akkuzat taht att tal-akkuza, u ghalhekk jibghat l-atti tal-kumpilazzjoni lill-Qorti tal-Magistrati biex tiddecidi l-kawza hija stess skond it-termini tar-rinviju; u mbghad il-Qorti tal-Magistrati tiddikjara ruhha nkompetenti li tiehu konjizzjonitar-reat, u tordna r-rinviju mill-gdid lill-Attorney General; u mbghad il-Qorti tal-Appell Kriminali, fuq appell tal-akkuzat, tikkonferma d-decizjoni tal-Qorti tal-Magistrat ghal dak li jirrigwarda l-kompetenza, imma tirriformaha kwantu ghall-ordni tar-rinviju, billi tordna li l-process jerga jmurquddiem il-Qorti Kriminali tal-Magistrati ghal biex tipprocedi fis-sens li tittrasforma ruhha mill-gdid f'Qorti ta' Istruzzjoni Kriminali fuq l-Imputazzjoni ta' kompetenza superjuri kontenuta fir-rinviju tal-Attorney General, u mbghad, wara li terga taghlaq il-kumpilazzjoni, is-segwi, skond dak li jirrizulta, xi wahda mill-proceduri ndikati mill-ligi; ir-reat dedott kontra l-akkuzat jibqa' dejjeml-istess kif originarjament dedott kontra tieghu, u la zdied u lanqas tnaqqas; u minn dan kollu ma tista' tigi dezunta ebda rinunzja da parti tal-Attorney General ghall-akkuza ta' dak ir-reat kontra l-istess akkuzat. Konsegwentement, mhix attendibbli, f'kaz simili, l-eccezzjoni li l-att tal-akkuzahuwa null minhabba rinunzja tal-Attorney General.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni