Reference: Volume 44D (1960), Part No. 2, Section , Page 641

Judgement Details


Date
11/10/1960
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
JOSEPH ROSSIGNAUD NE. vs CARMEL OLIVA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 26 TAL-ATT VIII TAL-1957 - GHAJNUNA SOCJALI
Summary
Id-dispozizzjoni tal-Att dwar l-Ghajnuna Socjali li taghti lid-Direttur tad-Dipartiment id-dritt lijagixxi, meta jidhirlu li hu l-kaz, kontra persuni li huma kapaci u legalment tenuti jmantnu persunali titlob jew tkun qeghdha tircievi ghajnuna socjali, biex igieghlhom imantnu li dik il-persuna jewjirrifondi lill-Gvern l-ghajnuna li jkun ta' lil dik il-persuna, ghandha tigi kunsidrata fir-relazzjonijiet mal-ligi civili, li tikkontempla wkoll l-alimenti u l-perdita taghhom. U mid-dispozizzjonijiet tal-ligi civili jitnissel li l-konjugi li huwa kapaci jmantni, u li normalment ikun legalment tenut ghall-ghajxien tal-konjugi l-iehor, f'certi ipotesijiet huwa mahlul minn dan l-istess obligu, imnissel mill-istat taz-zwieg. Meta ma jkunux intervenew bejn il-mizzewgin proceduri gudizzjarji, ud-Direttur jaghzel l-ewwel azzjoni (dik biex igieghel lill-konjugi jmantni lill-konjugi l-iehor). Il-konjugi konvenut ikun jista' jgib il-quddiem fil-kawza ntentat kontra tieghu, ir-ragunijiet tieghul-ghaliex ma ghandux ikun ritenut kapaci li jhallas, jew l-ghaliex mhux legalment tenut li jfornixxi l-alimenti lill-konjugi l-iehor. Jekk mbghad id-Direttur jaghzel it-tieni azzjoni, billi jiffissahuwa stess "marte proprio" l-ammont tal-assistenza socjali u jfittex lil min ghandu jfittex ghar-restituzzjoni tal-flus li jkun hallas favur ir-reklamanti l-assitenza publika, il-konvenut jista' logikament jikkonfrontah bl-eccezzjonijiet u l-provi li huwa, ghalkemm tenut ghall-ghajxien versu r-reklamenti, eppure ma ghandux mezzi, jew ma ghandux mezzi sufficjenti, sabiex jaghmel tajjeb ghall-ammonti ta' assistenza socjali li jkun hareg id-Dipartiment. "Multo magis" il-konvenut ghandu dritt jirrinfaccja lid-Direttur l-eccezzjoni li huwa ma ghandux ihallas lura lid-Dipartiment l-ammont minnu avanzat lir-reklamanti, meta l-alimenti jkunu gew preventivament bejn l-alimenti u r-reklamenti fissati mill-Qorti kompetenti skond il-ligi, u l-istess konvenut ikun hallashom regolarment. Jekk, se maj, ma jkunx hallashom, pruvata l-kapacita' tieghu, u l-obligatorjeta', id-Dipartiment jkollu biss id-dritt li jirkupra l-ammont fissat mill-Qorti, u ma jkollu ebda dritt ghar-restituzzjoni tal-ammont superjuri fissat minnu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info