Reference: Volume 44D (1960), Part No. 4, Section , Page 922

Judgement Details


Date
18/06/1960
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs EMMANUEL XUEREB
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 70 (1) TAL-KAP. 13 - CHAR-A-BANC - LBIES TAD-DRIVER - REG. 105 U 132 TAL-G.N. 24 TAL-1948 - TRAFFIKU - UNIFORMI
Summary
Ir-Regolamenti tat-Traffiku jiddisponu illi d-driver, il-konduttur u t-"ticket inspectors" tal-busesghandhom ikunu lebsin uniformi tal-ghamla u kulur li jkunu approvati mill-Kummissarju tal-Pulizija.Dan ma jfisserx illi dik l-uniformi ghandha tigi approvata mill-Kummissarju b'xi provvediment legislattiv, cjoe' b'xi ligi jew anki semplici regolament; basta li lill-interessati tigi debitament kommunikata c-cirkustanza li l-Kummissarju tal-Pulizija approva uniformi tat-tali xorta u tat-tali kulur. Ghaldaqstant, jekk driver jigi harrek ghax ma kienx libes uniformi approvata mill-Kummissarju tal-Pulizija, ma jistghax jeccepixxi b'success illi l-Kummissarju ma haregebda ligi jew regolament ta'approvazzjoni ta' certa uniformi jekk fil-fatt dik l-approvazzjoni tkun saret; imma ma ghandux jigikkundannat jekk ma ssirx il-prova li din l-approvazzjoni giet lilu kommunikata debitament. Imma mbaghad hemm il-ligijiet tal-Pulizija, li jiddisponu illi d-driver ta' vejikolu ntiz ghall-trasport tan-nies ghandu jkun liebes decentement ghas-sodisfazzjon tal-Kummissarju tal-Pulizija. U l-applikazzjoni ta' din id-dispozizzjoni lanqas tirrikjedi illi l-Kummissarju tal-Pulizija jkun iddikjara minn qabel kif umeta driver jilbes, u kif komunement jilbsu drivers ohra bla ma jigu azzjonati mill-Pulizija. Dwar daqshekk il-ligi taghti lill-Kummissarju tal-Pulizja "executive discretion", u l-Qorti ghandha tara biss, fil-kazijiet partikulari li jigu quddiemha, jekk dik id-diskrezzjoni gietx ezercitata skond il-ligi, bil-formalitajiet debiti, u b'mod li jkun "fair and honest", Soddfatti dawn ir-rekwiziti, is-sindakabbilita' ezercibibbli mit-tribunal tispicca.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info