Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 195

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/06/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED
Partijiet
CARLO BORG vs ANGELA GRIMA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 547 TAL-KODICI CIVILI U ART. 229 (1) U 238 (1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DIVIZJONI - LICITAZZJONI - LIKWIDAZZJONI - XORTI JEW ASSENJAZZJONI
Fil-Qosor
F'kaz ta' kawza maqtugha b'sentenzi separati, il-ligi tippermetti l-interpozizzjoni ta' appell minnkwalunkwe wahda minn dawk is-sentenzi fiz-zmien li jmiss, li jibda jghodd minn dak in-nhar li tinqata' l-ahhar sentenza, basta li f'dan l-appell issir menzjoni espresa tas-sentenza li minnha jsir appell ghalih wahdu minn kull sentenza separata. Imma jekk wiehed mill-kontendenti jappella minn sentenza u l-ohrajn jirrispondu li dik is-sentenza hija gusta u jitolbu l-konferma taghha, jew jekk l-appell hekk maghmul minn dak il-kontendent kien jestendi wkoll ghalihom huma ma japprofittawxruhhom minn dak id-dispozizzjoni tal-ligi, ma jistghux imbaghad, meta in segwitu tinqata' definitivament il-kawza, jappellaw minn dik is-sentenza wkoll. Ghax bl-attegjament taghhom huma kienu akkwijexxenti ghal dik is-sentenza, u l-kondotta taghhom tipprekludihom u illi jaghmlu appell minn dik is-sentenza b'att posterjuri. Il-ligi tistabbilixxi illi l-ishma tal-partijiet li jkunu qehdin jaqsmu ma jkunux indaqs, il-Qorti tiddecidi jekk l-ishma ghandhomx jigu mtellghin bix-xorti, inkella l-qsim ghandux isir b'assenjazzjoni, ghal kollox jew in parti. Ghaldaqstant, meta l-ishma huma ndaqs, ghandu jipprevali l-metodu tax-xorti; u mhux lecitu ghal xhud mill-kondividenti li jiddikjaraw li jridu jibqghu inkomun bejniethom, u b'hekk, stante li l-kwoti majibqghux indaqs, jitolbu li l-qasma ssir b'assenjazzjoni; ghaxb'hekk il-parti l-ohra tigi pprivata mill-beneficcju li taghtiha l-ligi li l-qasma ssir bix-xorti. Il-Qorti tista' ukoll tordna li xi wiehed mill-fondi fil-qasma jigi licitat, fil-waqt lil-qasma tal-fondi l-ohra ssir materjalment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni