Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 163

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/04/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
MARIA BRINCAT vs GIUSEPPE CARUANA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CEDOLA TA` RKUPRU - NULLITA' - RETRATT - SERVITU' - TIEQA - TOLLERANZA - VICILANZA - ZBALL
Fil-Qosor
Jekk l-irkupru jigi ezercitat bit-titolu tal-vicinanza ghax ir-retraent huwa komproprjetarju ta' fond suggett ghas-servitu ta' tieqa favur il-fond irkuprat, mentri fil-fatt il-fond irkuprat ikollu dikit-tieqa thares fuq fond divers ikun ukoll komproprjetarju tieghu r-retraent dan l-izball fic-cedola ta' l-irkupru ma jgibx in-nullita' l-irkupru; ghax ghad li jitbiddel il-fond serventi, jibqa' dejjem li r-retraent huwa komproprjetarju ta' fond li kif hu jallega huwa suggett gal servitu' favur il-fond irkuprat; u bit-tibdil tal-fond serventi t-titolu tar-retratt jibqa' l-istess. F'kaz ta' zball bhal dan il-ligi ma tikkomminax in-nullita'; u l-gurisprudenza waslet sahansitra li tirrikonoxxil-validita' tar-retratt meta jirrizulta dritt divers minn dak imsemmi fic-cedola. L-ezistenza ta' tieqa miftuha fil-fond proprju ghal fuq art jew spazju mhux mibni ta' hadd iehor ma tikkostitwix servitu' imma sofferenza prekarja, sakemm l-ispazju jew art jibqghu mhux mibnija; u s-sid ta' dik l-artjew spazju jista' jibni fuqhom u jaghlaq dik it-tieqa jekk sid il-fond li fih hi miftuha t-tieqa majippruvawx li ghandu favur tieghu, mhux is-servitu "luminum", imma dik "ne liminibus afficiatur" jew l-ohra "altius non tollendi". Lanqas jista' jinghad li apertura simili hija minnha nnifisha servitu b'limitazzjoni wahda izjed minn dawk tas-servitujiet l-ohra jigifieri dik li tista' tigi maghluqameta l-proprjetarju tal-fond serventi jkun irid jibni; ghax il-prekarjeta' u t-tolleranzza jeskludul-koncett tas-servitu'. Ghaldaqstant jekk ir-retratt ikun bazat fuq it-titolu ta' vicinanza u danikun jikkonsisti fl-ezistenza ta' tieqa simili, ir-retratt ezercitat mahuwiex attendibili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni