Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 180

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/05/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELA FENECH PR. ET NE. vs ANTONIO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - DELITT - KACCA - KWAZI-DELITT - NEGLIGENZA
Fil-Qosor
Hu pacifiku, f'tema ta' danni derivanti minn delitt jew kwazi-delitt, illi d-diligenza li hija necessarja biex tnehhi r-reponsabilita' hija dik medja, ossija ordinarja, cjoe' dik ta' bniedem prudenti.Kaccatur hu negligenti jekk jispara meta l-vizwali tieghu hija ostruwita, anki in parti. Din in-negligenza tikber meta l-kaccatur ma jkunx familjari mal-lokalita' fejn hu jkun qieghed idur ghall-kacca; ghax din hija cirkustanza li timperilu kawtela akbar fl-ghemil tieghu. Dik in-negligenza tkompli tikber meta huwa, f'cirkustanzi bhal dawn, jispara f'livell baxx, b'mod li t-tir tieghu ma jintilefx fl-ajru. Fl-ahharnett, dik in-negligenza toghla ghal grad massimu meta l-kaccatur ma jafx, jewma jaghmel xejn biex ikun jaf, xi kwalita' ta' comb huwa jkun qieghed juza. Xejn ma jservi li l-persuna milquta mit-tir tieghu nzertat kienet hemm b'accident; ghax meta kien hemm il-kolpa precedentihemm ir-responsabilita'; u din hija bizzejjed ghal deklaratorja generika tar-responsabilita' ghad-danni; salv l-istadju ulterjuri ta' l-accertament u likwidazzjoni tad-danni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni