Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section 1, Page 189

Judgement Details


Date
31/05/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPE MARIA PACE vs ALFONSO MARIA PACE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
FONDI SOTTOSTANTI - PROPRJETA' - VICINI
Summary
Hu veru l-proprjetarju ghandu l-uzu tal-proprjeta' tieghu insindakabilment minn terzi persuni, u ghandu d-dritt li jinterdici lil terzi persuni kull partecipazzjoni fid-drittijiet tieghu; imma f'dan l-uzu l-proprjetarju ghandu certi limiti li jidderivaw mir-rispett ghad-drittijiet ta' hadd iehor, specjalment dawk tal-vicini; u kull proprjetarju huwa limitat, fl-ezercizzju tad-dritt tieghu ta' proprjeta', mid-divjet li jilledi d-dritt ugwali tal-proprjetarju vicin. B'applikazzjoni ta' dan il-principju, fil-kaz prezenti, il-Qorti ta' l-Ewwel Istanza ikkundannat lill-konvenut, proprjetarju ta' fond sottostanti ghal fond ta' l-attur, u li kien imgarraf bil-hidma tal-ghadu fil-gwerra, biex fi zmien determinat jibni mill-gdid il-fond tieghu, jew jaghmel fih dawk ir-riparazzjonijiet mehtiega, sabiex, l-attur, proprjetarju tal-fond vicin u sovrastanti. Jkun jista' jibni mill-gdid il-fond tieghu, li kien ukoll imgarraf fil-gwerra. Il-Qorti ta' l-Appell, wara li rrilevat illi l-kwistjoni jekkis-sid ta' fond sottostanti li gie distrutt fil-gwerra, jistax ikun kostrett jibni mill-gdid il-fondtieghu mis-sid tal-post sovrastanti li jkun irid jirriedifika l-fond tieghu hija kwistjoni li minhabba n-novita' u d-diffikulta' taghha timmerita temperament fil-kap ta' l-ispejjez, asteniet milli tidhol fil-meritu tal-kwistjoni stante li l-meritu fl-appell gie cedut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info