Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 267

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/12/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
PAOLO SCHEMBRI vs ROSINA BONNICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"RES JUDICATA" - DEPOZITU - RETRATT - RINUNZJA - RIPETIZZJONI TA' INDEBITU - RIVENDIZZJONI - SPEJJEZ LEGITTIMI - ZBANK
Fil-Qosor
Ghalkemm ir-rinunzji jistghu ikunu wkoll taciti, eppure, biex jista' jinghad li hemm rinunzja tacita, jehtieg li l-fatti li minnhom ikun allegat li tohrog ir-rinunzja jkunu assolutament inkonciljabilimill-konservazzjoni tad-dritt u li jkunu tali li juru l-volonta' preciza li dak id-dritt jigi abbandunat. Sentenza li tikkonstata li sar id-depozitu ta' l-ispejjez legittimi dovuti lir-retrattarju bhala wiehed mir-rekwiziti tal-validita' ta' l-ezercizzju ta' l-irkupru u ghalhekk tipprefiggi terminu lir-retrattarju biex jaghmel ir-rivendizzjoni minghajr ma tippronunzja ruhha dwar jekk is-somma depozitata mir-retraent fuq interpellazzjoni lilu maghmula mir-retrattarju hijiex realment dovuta jewle jew dovuta f'ammont anqas ma tikkostitwixxix "resindiedta" li minhabba fiha r-retraent isib ruhuprekluz milli jintenta kawza ohra biex jirrepeti xi parti minn dak id-depozitu li jippretendi li mahix dovuta. Ghax ir-retraent ghandu b'ligi id-dritt li jitlob il-likwidazzjoni ta' l-ispejjez legittimi dovuti lir-retrattarju, u jekk lahaq hallas aktar milli kien missu jhallas, huwa ghandu d-dritt that il-ligi generali li jirrepeti l-indebitu billi jitlob il-likwidazzjoni gudizzjarja. U ma jistax jinghad li huwa rrinunzja ghal dan id-dritt billi jkun iddepozita s-somma reklamata mir-retrattarju ghal dawk l-ispejjez minghajr ma jkun ivvinkola d-depozitu jew bla ma jkun ghamel ebda rizerva, jekk huwa jkun ghamel dan id-depozitu ghall-finijiet tar-rivendizzjoni". Ghax depozitu hekk magmul ma hux fatt li jimplika bilfors l-abbandun ta' dak id-dritt. U fil-kaz prezenti gie ritenut illilanqas ma kien fonti ta' rinunzja l-fatt li r-retraent kien talab li jizbanka parti minn dak id-depozitu bi hlas ta' kreditu tiegu; ghax il-kontestazzjoni tar-retraent ta' l-ammont ta' l-ispejjez makienetx testendi ghat-total, imma kienet tali li kienet tibqa' dejjem somma li minnha huwa seta jaghmel l-izbank minnu mitlub minn flus tar-retrattarju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni