Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section 1, Page 115

Judgement Details


Date
05/04/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPE CARUANA vs CARMELO CARUANA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1639, 1640, U 506 TAL-KODICI CIVILI - LOKAZZJONI - MOLESTJA - PASSAGG - PRESKRIZZJONI - SERVITU' - TITOLU
Summary
Generalment, molestja ta' fatt hija dik li tnaqqas u tippriva lill-konduttur materjalment mit-tgawdija jew l-uzu tal-haga mikrija lilu minghajr ma tolqot il-haga fiha nnfisha; u l-azzjoni biex tigi rimossa din il-molestja tikkompeti lill-istess konduttur. Molestja ta' dritt ghall-kuntrarju, hija dik li jkollha bhala oggett taghha pretensjoni fuq il-proprjeta' tal-haga, jew fuq kwalunkwe smembrament tal-proprjeta' (per ezempju servitu'), jew anki fuq il-pussess fis-sens strett tal-kelma; u l-azzjoni biex tigi respinta din il-molestja tmiss biss lill-lokatur. Id-dritt ta' passagg li gabillottjippretendi li ghandu fuq raba' ta' gabillott iehor, meta r-raba' mqabbel ghand iz-zewg gabillotti huwa ta' sid wiehed, ma jimpurtax dritt ta' servitu' ta' passagg; u ghalhekk id-dispozizzjonijiet tal-ligi dwar is-servitu' ta' passagg ma japplikawx ghall-kaz. Izda dawk l-istess dispozizzjonijiet jistghu jghinu biex jigi stabbilit jekk il-pretiz dritt fil-kaz jikkonkorrix jew le. Meta fond detenut bi qbiela jigi maqsum bejn diversi gabillotti u dak il-fond qabel il-qasma kien jaghti ghat-triq publika, ma hux lecitu lill-kondividenti li jixhtu l-passagg fuq raba' iehor minhabba li b'effett ta'dik il-qasma xi wahda mill-porzjonijiet maqsum tista' ssib ruhha mighajr moghdija ghat-triq publika; u ghalhekk dik il-bicca raba' ma jistax jinghad li hija interkjuza. Lanqas ma tista' ssib gustifikazzjoni l-pretensjoni ta' dritt ta' passagg fuq raba' iehor fis-semplici fatt li l-fond li dwaru huwa pretiz il-passagg jinsab boghod mit-triq publika. Biex servitu' ta' passagg tista' tigi akkwistata bil-preskrizzjoni, jehtieg li l-fond pretiz dominanti ma jkollux hrug fuq it-triq pubblika; immajekk dak il-fond ikollu hrug iehor fuq it-triq publika, dik is-servitu' tista' biss tigi akkwistatabis-sahha ta' titolu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info