Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 85

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/02/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SALVATORE CAUCHI vs GIO MARIA SAMMUT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BOARD GHAT-TRAZZIN TAL-QBEJJEL - ILMA - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - PASSAGG - SERVITU'
Fil-Qosor
Permess moghti lil wiehed biex jghaddi kannen ta' l-ilma minn fuq raba' li ma hux tieghu, imma ta' min jaghtih dak il-permess, ma jgibx mieghu bilfors, u sakemm ma jigix hekk stipulat espressament, it-tgawdija ta' l-art li l-kannen jghaddu minn fuqha. Jekk koncessjoni simili lill-possessur ta' fondtkun mhux favur fond iehor, allura dik il-koncessjoni tkun lokazzjoni; jekk, pero', tkun favur fondiehor, allura tista' tkun servitu', izda mhix lokazzjoni. Ghax meta l-koncessjoni ssir favur fondiehor allura dik il-koncessjoni tirrisolvi ruhha f'dak li skond il-ligi jikkostitwixxi servitu'; mentri meta l-koncessjoni ssir mhux favur fond iehor, allura l-istess koncessjoni ma tadattax ruhha aktar mad-definizzjoni tas-servitu', u ssir dak il-godiment b'korrispettiv li hu proprju tal-lokazzjoni. Ghaldaqstant, il-permess moghti lill-possessur ta' bicca raba beix jghaddi l-kannen ta' l-ilma ghal raba' iehor tieghu minn fuq raba' tal-koncedent ta' dak il-permess ma jammontax ghal lokazzjoni ta' l-art li minn fuqha jghaddu l-kannen: u ghalhekk wkoll kwisthoni li tqum dwar in-natura ta' dik il-koncessjoni tidhol fil-kompetenza tal-Qorti ordinarja, u mhix f'dik tal-Board ghat-Tirzin tal-Qbejjel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni