Referenza: Volum 32F (1946), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 1027

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/09/1946
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOHN XERRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 436 TAL-KODICI KRIMINALI - DIFFERIMENT TAL-KAWZA - LIBELL - PROVA - VERITA' TAL-KONVICJU - XHIEDA
Fil-Qosor
F'kawza ta' libell fejn l-imputat jaghti l-eccezzjoni tal-verita' tal-konvicju, huwa ekwu, meta l-kawza tkun ta' certa entita' u ma tkunx ta' certa urgenza, li l-imputat ikollu certu zmien ragjonevolibejn in-notifika tac-citazzjoni u l-jum destinat ghat-trattazzjoni tal-kawza; u dan biex l-imputatikollu l-opportunita' li jipproduci l-provi li jixraq gad-difiza tieghu; avvolja c-citazzjoni tkun giet notifikata lill-imputat fit-terminu. Fil-kaz prezenti gara li fil-jum destinat ghat-trattazzjoni tal-kawza l-imputat iddikjara "in limine litis" li ried jipprova l-verita' tal-fatti, u, wara li xhed il-kwerelant, talab differiment tal-kawza biex igib il-provi biex isostni dik l-eccezzjoni. Il-Qorti tal-Magistrati cahdet it-talba ghad-differiment u qatghet il-kawza. L-imputat appella. Il-Qorti ta' l-Appell irrevokat id-digriet li bih il-Magistrat kien cahad it-talba ghad-differiment, u tat lill-imputat l-opportunita' li jgib il-provi in sostenju ta' dik l-eccezzjoni; u dan mhux biss ghar-rigward tax-xhieda li l-imputat sar jaf bihom wara s-sentenza imma anki ghar-rigward ta' dawk li kien jaf bihom meta l-kawza kienet ghadha quddiem il-Magistrat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni