Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section , Page 307

Judgement Details


Date
17/05/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
AVV. DR. MAURICE AGIUS VADALA' NE. vs NEG. PIETRO SOROTTO NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGENT TA' VAPUR - CITAZZJONI - EKWIPOLLENZA - KAPTAN - KAWZALI - KONSENJA TAL-MERKANZIJA - POLZA TAL-KARIKU - UZU KUMMERCJALI
Summary
L-agent tal-vapur ghandu l-obligu li jikkonsenja lid-destinatarju l-merkanzija fuq il-moll. Sal-mument tal-konsenja tal-merkanzija, din tibqa' fir-responsabilita' ta' l-agent; imma malli l-agent jikkonsenja lid-destinatorju n-numru ta' rjus li dan kellu jircievi skond il-polza tal-kariku ir-responsabilita' ta' l-agent tieqaf hemm; u l-vapur ma hux responsabili fin-nuqqas ta' xi fatt jew xi nuqqasaddebitabili lill-Kaptan jew lill-agent ghall-kwantitativ jew piz, kif jinghad fil-kondizzjonijiettal-polza tal-kariku. B'mod li, jekk ma jigix pruvat ebda fatt jew nuqqas simili, ghandu jigi ritenut li, malli l-agent jikkonsenja fuq il-moll lid-destinatarju n-numru ta' rjus skond il-polza tal-kariku, ir-responsabilita' tieghu hi ezawrita; sale dejjem li ma jkunx hemm ebda "breach of contract or data" da parti tal-kaptan jew ta' l-agent. F'materja ta' konsenja ta' merkanzija mill-agent jew kaptan tal-vapur lil diversi destinatarji, huwa uzu li, meta l-merkanzija fi xkejjer destinati ghal diversi destinatarji ma tistax tingharaf, kull wiehed mid-destinatarji, huwa uzu li, meta l-merkanzija fi xkejjer destinati ghal diversi destinatarji jircievi n-numru ta' rjus, ossija xkejjer, ghalih destinati skond il-polza tal-kariku; isir l-uzin, a spejjez tad-destinatarji, man mano li dawn jircievu l-konsenja tar-rjus; u kull wiehed jistenna minghajr ma jmiss l-ixkejjer qabel l-uzin, ir-rizultat finali; biex imbaghad, jekk ikun il-kaz, issir ir-ratifikazzjoni, billi min ikun ha piz aktar milli jmissu jaghtih lil min ikun ircieva anqas; u f'kaz ta' deficjenza fil-piz, din tigi sopportata proporzjonatament certa kwantita' ta' rjus biex taghmel tajjeb ghall-eventwali deficjenza. Fil-kaz ta'domanda ta' destinatarju ta' merkanzija kontra l-kaptan jew l-agent tal-vapur, ghax dak id-destinatarju jkun ircieva merkanzija anqas milli kellu jircievi, jekk fil-kawzali fic-citazzjoni tissemma l-htija tal-kaptan u/jew ta' l-agent tal-vapur, imma fl-istess hin issemma wkoll l-iskambju ta' l-ixkejjer tal-merkanzija ta' l-attur ma' dawk ta' destinatarju iehor bhala fattur tan-nuqqas li minnu jilmenta l-attur, tista' anki, b'ekwipollenza, fuq l-istess citazzjoni u fl-istess kawza, tigi affrontata u deciza l-kwistjoni tar-responsabilita' jew le tad-destinatarju l-iehor, jekk dan ikun gie msejjah fil-kawza. Ghax il-fatt tal-kaptan/jew l-agent tal-vapur ma hux maghmul jikkonsisti f'xi fatt lima hux bl-ebda mod konness mad-destinatarju l-iehor, imma hu maghmul jikkonsisti filli sar skambjuta' l-ixkejjer, cjoe' fatt li jikkoinvolgi lid-destinatarju l-iehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info