Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 670

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/10/1950
Qorti
CIVIL, SECOND HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
ANTONIO BORG ET. vs FEDELE FRENDO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 540 TAL-KODICI CIVILI - DIVIZJONI - DRITT TA' OZZJONI
Fil-Qosor
Il-ligi taghti d-dritt lil dak il-kondividenti li fiz-zmien tal-qasma jkollu beni immobili min-natura taghhom, u vicini ghal xi wiehed mill-fondi komuni li jkunu sejrin jinqasmu, li jitlob li dak il-fond jigi assenjat lilu fil-qasma. Dan id-dritt ghandu l-fondament tieghu ekonomiku fuq il-konsolidazzjoni tal-proprjeta', u biex jigu evitati kwistjonijiet bejn il-vicini lijkollhom proprjeta kontigwa - fondament li huwa simili ghal dak li jinsab a bazi tad-dritt tar-retratt bit-titolu ta' vicinanza. Il-ligi ma tghidx x'ghandu jsir meta dak id-dritt ta' azzjoni jikkompeti lil aktar minn wiehed fost il-kondividenti; imma l-ligi lanqas tghid illi f'kaz simili dak id-dritt ma jiehdu hadd. Ghalhekk xi hadd irid jiehdu, u allura ghandu jigi preferit dak fost il-kondividenti li jkun jippossjedi fond li jmiss mal-fond komuni f'estensjoni akbar. Il-ligi ma taghmel ebda limitazzjoni ghal dan id-dritt hlief dik li jkun hemm beni ohra immobili in komun li minhabba jistghu jigu assenjati lil kullwiehed mill-kondividenti l-ohra sehem bejn wiehed u iehor ta' l-istess natura u valur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni