Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 791

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/04/1950
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
EDGAR STAINES O.B.E. NE. vs JOSEPH SCHEMBRI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"COPYRIGHT" - COPYRIGHT ACT, 1911 - DANNI - DIRETTUR TA' ORKESTRA - DRITTIJIET TA' AWTUR - GRATUWITA' - LIKWIDAZZJONI - RECITI TA' BENEFICENZA - SID TA' TEATRU - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Il-ligi applikabili f'Malta f'materja ta' profezzjoni tad-drittijiet ta' awtur hija l-copyright Act,1911. Id-direttur ta' orkestrali jiddirigi publikament muzika koperta mill-Copyright jikkommetti violazzjoni ta' dawk id-drittijiet anki jekk huwa jippresta l-opera tieghu gratuwitament, jekk huwa jkun ezegwixxa x-xoghol tolelat minghajr il-permess mehtieg skond il-Copyright Act. Huwa bizzejjed li dik l-ezekuzzjoni ssir fil-publiku, minghajr ma hemm bzonn li dik l-ezekuzzjoni ssir ghal profitt.Ghall-kuntrarju, is-sid ta' teatru jew lok iehor ta' tratteniment publiku, li jikkoncedi l-uzu tal-lokal tieghu ghall-iskop fuq imsemmi minghajr profitt, ma jikkommettix ksur tal-Copyright. Il-mizura tad-danni fil-materja hija anki d-deprezzament kaguna lill-valur tal-Copyright. Imma jekk l-ezekuzzjoni tkun saret fl-okkazzjoni ta' recita ta' beneficenza, fil-likwidazzjoni tad-danni derivanti mill-ksur tal-Copyright ghandu ghandu jitqies il-fatt illi fir-reciti ta' beneficcjenza hija solita tinghata riduzzjoni tal-20 fil-mija fuq id-drittijiet li soltu , . biex jinghata l-permess ghall-ezekuzzjoni. Ghalkemm il-Copyright Act thalli fid-diskrezzjoni tal-Qorti l-incidenza ta' l-ispejjez f'kawza dwar ksur tal-Copyright b'hekk ma ghandux jitqies li saret b'xi mod derogazzjoni ghar-regola soliti li jiggovernaw il-kap ta' l-ispejjez gudizzjarji.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni