Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 675

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/10/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
GIUSEPPE ATTARD ET. vs PASQUALE ATTARD ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMINISTRAZZJONI - EKWIPOLLENZA - KONTIJIET - KWITTANZA - LIKWIDAZZJONI TA' EREDITA'
Fil-Qosor
F'kawza ta' likwidazzjoni ta' eredita', fejn jigi mharrek anki min kien jamminstra l-beni ereditarji, avvolja dan mhux wiehed mill-eredi, dak l-amministratur ma jistax jghid li ma ghandux interess fil-kawza u li kwindi ghandu jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju; u dan avvolja ma jkunx hemm domanda specifika biex huwa jigi kundannat iragga' lura l-oggetti li kienu that l-amministrazzjoni tieghu u li nstabu neqsin, sabiex jigu mdahhlin fil-likwidazzjoni. Ghax it-talba ghal-likwidazzjoni timplika "per equipollens" it-talba kontra dak l-amministratur biex jirritorna dawk l-oggetti. L-akkoljiment ta' din it-talba implicita ma hix decizjoni "ultra petita" jew "extra petita". Lanqas ma jista' l-amministratur hekk citat jopponi kontra din il-konkluzjoni l-fatt li huwa kien gie definitivament kwittat mill-amministrazzjoni tieghu; ghax fil-gurisprudenza hija unanimament accettata l-opinjoni illi, fil-kaz ta' zball jew ta' approprjazzjoni ngustifikata tal-mandatarju, li jinkixfu wara l-kwittanza finali, il-mandanti jistghu jitolbu kontra dak il-mandatarju l-korrezzjoni ta' l-izball jewir-ritorn ta' l-oggetti li jkunu baqghu f'idejh, anki jekk ikunu baqghu f'idejh mhux b'fini doluz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni