Referenza: Volum 32F (1946), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 1011

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/07/1946
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANTHONY ATTARD ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Il-vjolenza li tigi uzata precizament bhala forma ta' rezistenza ghall-adempiment ta' dmiru da partita' ufficjal publiku tintegra l-element intenzjonali ta' attakk u rezistenza lil dak l-ufficjal. Huwa veru li l-ufficjal publiku li jagixxi arbitrarjament jisvesti ruhu mill-kwalita' ta' ufficjal publiku; imma hu vera wkoll illi hemm bzonn li l-imputat li jitlob din l-iskriminanti ma jkunx ittrasmoda f'eccessi li ma kienux mehtiega; u jehtieg ukoll illi l-pretiza arbitarjeta' ta' l-ufficjal publiku tkun tat lok ghall-vjolenza. Imma biex tkun applikabili d-dispozizzjoni tal-ligi li tikkontempla r-reat ta' attakk u rezistenza kommess minn tliet persuni jew izjed, hemm bzonn li l-att tat-tielet persuna, jew tal-persuni l-ohrajn, ikun "volut" fis-sens tal-ligi mit-tnejn l-ohra. Jekk tnejn min-nies li jahbtu ghal ufficjal publiku b'operat reciproku "volut" ma jkunux urew li riedu, qabel jewwara l-fatt, il-ko-operazzjoni ta' persuni ohra, huma ma ghandhomx ibatu l-konsegwenzi tal-partecipazzjoni ta' dawk il-persuni l-ohra; u ghalhekk ghalihom hija applikabili l-ligi li tikkontempla l-attakk u rezistenza kommess minn persuna wahda jew tnejn, li ggib peina anqas.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni