Referenza: Volum 32D (1946), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 350

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/05/1946
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO SAMMUT vs JOHN BELL MC CANCE NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"AUDI ALTERAM PARTEM" - APPELL - EMERGENCY COMPENSATION BOARD - GOVERNMENT NOTICE 325 U 326 TA' L-1943 - MALTA DEFENCE REGULATIONS 1989 - NULLITA' - PROCEDURA - PROVI - PUBLICITA' - REKWIZIZZJONI - SENTENZA - TIBDIL FIL-KOMPOZIZZJONI TAL-BOARD - XHIEDA
Fil-Qosor
Emergency Competition Board huwa tribunal specjali. Il-funzjonijiet tieghu huma 'judical' u mhux sepliciment 'quasi judical'; id-decizjonijiet tieghu huma finali, u m'humiex appellabili quddiem it-Tribunali ordinarji. Qrati ordinarji fuq id-decizjonijiet ta' Emergency Competition Board ghandhom biss sindakat limitat, jigifieri illi huma jistghu biss jaraw jekk fid-decizjoni tal-Board hemmx xi haga 'ultra vires' u jekk hemmx xi vjolazzjoni ta' gustizzja naturali; imma ma jistghux jissostitwixxud-diskrezzjoni taghhom ghal dik tal-Board. Malta Defence Regulations 1939, sakemm gew emendati bil-Government Notice 325 ta' l-1943, ma kienu jaghmlu ebda limitazzjoni fl-elementi tal-kumpens li l-Board kien jista' jakkorda f'materja ta' rekwizizzjoni, u ghalhekk dak il-Board kien jista' jiffissakumpens tant ghall-kera ta' fond rekwizizzjonat, kemm ukoll ghat-telf ta' profitti derivanti minn dik ir-rekwizizzjoni; mentri b'dik l-emenda giet limitata s-setgha tal-Board fis-sens illi gie indikattassativament 'f'hiex' ghandu jikkonsisti dak il-kumpens.Il-proceduri quddiem l-Emergency Compensation Board, hlief f'kazi eccezzjonalissimi, ghandhom isiru fil-pubbliku. Fil-kaz prezenti l-Qorti rriteniet li ma rrizultax li l-proceduri saru mhux fill-pubbliku kif allega -attur. It-tibdil, ghal ragunijiet legittimi, tal-membri tal-Board ma jgibx ghan-nullita' tad-decizjoni tal-Board billi din tinghata minghajr ma jerga' jigi appuntat il-'claim' u jinstemghu mill-gdid il-provi quddiem il-Boardkif rikostitwit, meta l-membri hekk kostitwiti jkunu soddisfatti, mill-informazzjonijiet li jkunu sarulhom u mill-ezami li jkunu ghamlu, illi huma jistghu jaslu ghal decizjoni minghajr il-bzonn li jergghu jisimghu l-partijiet u l-provi l-ohra 'viva voce', Lanqas tista' tigi attakkata b'nullita' d-decizjoni tal-Board fuq il-motiv li xi wiehed mill-membri tieghu gie nkarikat 'in kamera' biex jispezzjona l-fond u l-ispezzjoni saret fl-assenza tal-partijiet, jekk il-partijiet kienu gew avzati li kellha ssir dik l-ispezzjoni. Lanqas hija nulla s-sentenza tal-Board ghax ir-rapport tad-delegat tal-Board ma kienx accessibli ghall-partijiet, jew ghaliex id-decizjoni tal-Board ma tinqarax fil-pubbliku; ghax bl-ebda mod ma huwa stabbilit fil-gurisprudenza li rapporti simili ghandhom ikunu accessibli ghall-partijiet, u l-Board huwa tribunal specjali li mhux suppost isegwi metikolozament il-proceduri tal-Qorti ordinarja tal-Gustizzja.Imma r-regola 'audi alteram partem' ghandha tigi skrupolozament osservata, u l-partijiet ghandhom id-dritt li jkunu prezenti fl-investigazzjonijiet li jaghmel id-delegat tal-Board, biex ikunu jistghu jikkontrollaw l-informazzjonijiet li jigu moghtija lil dak id-delegat ghall-finijiet ta' dik l-investigazzjoni. Il-vjolazzjoni tar-regola 'audi alteram partem'taghti lok ghas-sindakat tal-Qrati ordinarji, li jistghu, anzi ghandhom, jirritjenu null dak li jkunsar in konsegwenza tal-vjolazzjoni - kif sar f'dan il-kaz. Din ir-regola 'audi alteram partem' hija regola ta' gustizzja naturali, u bhala tali hija ta' interess publiku; u ghalhekk ma hiex rinunzjabili ' per simpliciter', billi jinghad illi kien hemm akkwijexxenza mill-parti li giet pregudikatabil-vjolazzjoni ta' dik ir-regola.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni