Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 758

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/02/1950
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
JOHN AQUILINA vs GIOVANNI COLEIRO NE. (CEDUTA FL-APPELL. 26.6.150)
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"PERILS OF THE SEAS" - "SHIP-OWNER" - ARTIKOLU 410 TAL-KAP. 17. - BASTIMENT - DANNI - FORZA MAGGURI - KAPTAN - NOLEGG
Fil-Qosor
In-noleggjant ma hux responsabili ghad-danni li ssofri l-merkanzija fil-kors tal-vjagg minhabba vjolenza ta' l-elementi - rih u bahar. Imma jekk il-bastiment gie espost ghall-vjolenza ta' dawk l-elementi minhabba htija tan-noleggjant, ma hemmx lok ghall-ezenzjoni tieghu minn dik ir-responsabilita'.Wiehed mill-obligi tal-kaptan huwa dak li jitlaq ghall-vjagg mill-aktar fis possibili; u ghall-obligi tal-kaptan huwa responsabili wkoll ix-"ship owner". Ghaldaqstant, jekk il-kaptan jirritarda l-partenza tal-bastiment minghajr raguni tajba, huwa jonqos minn wiehed mill-obligi mpliciti tieghu, uta' dan in-nuqqas jirrispondi wkoll ix-"ship-owner". Ghalhekk, jekk minhabba dewmien ingustifikat tat-tluq tal-bastiment, dan jiltaqa' ma' maltempata li ma kienx jiltaqa' maghha kieku telaq meta kellu jitlaq, u minhabba dik il-maltempata l-merkanzija jigrilha l-hsara, dik il-hsara ma hix effett ta'forza magguri, imma hsara dovuta ghall-htija tal-kaptan, li ghaliha jirrispondi n-noleggajant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni