Referenza: Volum 46C (1962), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 732

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/12/1962
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
XUEREB JOSEPH H.
Partijiet
JOHN CACHIA vs DOMENICO MAGRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
EZEKUZZJONI - SENTENZA
Fil-Qosor
Jekk wiehed jigi kundannat f'kawza fejn ismu ma kienx indikat precizament kif hu jallega li ghandu jkun, u dan ikun sar bil-konnivenza tieghu stess, u wara s-sentenza, ghalkemm kien jaf li s-sentenzakienet tirriferixxi ghalieh, u kien jaf ukoll f'liema sens inqatghet il-kawza, huwa ma jkun ha ebdapass fir-rigward, dik is-sentenza tifforma gudikat fil-konfront tieghu; u huwa ma jistghax, meta l-istess sentenza tigi ezegwita kontra tieghu, jallega li dik is-sentenza ma tirriferixxix ghalieh u jiddiskonoxxi l-effetti taghha fil-konfront tieghu. Lanqas ma tista' tigi milqugha l-allegazzjoni tieghu fis-sens illi f'dik il-kawza huwa ma kienx gie notifikat, jew kien gie notifikat hazin, bl-att tac-citazzjoni, jekk huwa fil-fatt kien ipprezenta n-nota tieghu tal-eccezzjonijiet. Jekk kien hemmxi irregolarita' f'dik il-procedura, huwa kien imissu jagixxi qabel ma saret l-ezekuzzjoni tas-sentenza kontra tieghu biex jirrimedja ghall-eventwali konsegwenzi derivanti mill-istess, jew almenu messu talab zmien biex jista' jaghmel dan; imma l-fatt biss li huwa jghid li dik is-sentenza ma tirrigwardahx ma jiswiex biex isostni talba tieghu biex tigi revokata l-ezekuzzjoni tas-sentenza mehuda kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni