Reference: Volume 46C (1962), Part No. 4, Section , Page 765

Judgement Details


Date
13/01/1962
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs WISQ NOBBLI MARKIZ ANTHONY CASSAR DESAIN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"PEDESTRIAN" - "RES IPSA LOQUITUR" - "SPEED" - ETA' - OMICIDJU KOLPUS - PIENA - PROVA - TRAFFIKU
Summary
Hu desiderabbli li xhud migjub biex jixhed dwar li-"speed" li bih kienet ghaddejja karrozza, li mbaghad iltaqghet ma' sinistru stradali, jghid b'kemm mili fis-siegha kienet ghaddejja; imma mhux preklus li jghid li l-karrozza kienet ghaddejja b'velocita' qawwija jew bil-mod. Id-driver tal-karrozza nvoluta fis-sinistru hu l-persuna l-aktar fil-pozizzjoni li tipprova dik il-velocita'; imma, stante li huwa nteressat fl-ezitu tal-kawza promossa kontra tieghu, ix-xhieda tieghu titlef hafna mill-valurtaghha. Kwantu ghall-passiggieri li jkollu dak id-driver, ghalkemm mhumiex prekluzi milli jaghtu l-opinjoni taghhom, hu forsi aktar difficli ghalihom li jaghtu estimu ta' li-"speed" milli kieku kienu barranin. Izda jista' jkun hemm serje ta' cirkustanzi li jikkostitwixxu dak li komunement jissejjah "res ipsa loquitur", li jikkonfermaw id-depozizzjoni tax-xhud li qal biss li l-karrozza kienet ghaddejja b'velocita' qawwija minghajr ma qal b'kemm mili fis-siegha. Meta s-serje tac-cirkustanzi jikkostitwixxu kwadru ta' "res ipsa loquitur", il-Prosekuzzjoni tista' tistrieh ghall-assodament tal-imputazzjoni; u jmiss lill-imputat li jipprova cirkustanzi in diskariku. Meta ma hux il-kaz ta' "pedestrian" li jinzel inaspettatament minn fuq il-bankina, jew li jaqsam jew jitfacca ghall-gharrieda minn wara xi car iehor, jew li johrog minn xi kurva tat-triq, jew li jitfacca ghall-gharrieda u inaspettament quddiem il-karrozza, u kazijiet simili, id-driver li jinvesti lil dak il-"pedestran" ma jistghax jinkolpah u jitfa fuqu l-htija ghall-investiment. Jekk minhabba velocita' eccessiva u nuqqasta' "proper look out" ma setghax jevita l-investiment, huwa wahdu hati ghas-sinistru. Il-propozizzjoni aprijoristika u generali illi l-eta' gjovanili (eg. ta' 22 sena) mhijiex indikattiva ta' piena restrittiva tal-liberta' personali mhix korretta; l-ezenzjoni minn piena simili tista' tkun gustifikata minhabba c-cirkustanzi partikulari tal-kaz, imma mhux bis-sahha ta' propozizzjoni simili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info