Referenza: Volum 37C (1953), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 797

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/12/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
LUIGI SPITERI DEBONO vs JOSEPH SPITERI DEBONO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"CAUSA SIMULANDI" - IMPUNJAZZJONI - PROVA - SIMULAZZJONI
Fil-Qosor
Is-simulazzjoni hija forma ta' frodi; u min jallegaha ghandu jgib prova konkludenti u perswasiva tas-simulazzjoni. Din il-prova tista' ssir bi kwalunkwe mezz permess mil-ligi, anki permezz ta' xhieda. Izda dan il-principju, li l-prova tas-simulazzjoni trid tkun konkludenti u perswasiva, ghandu jigi applikat b'rigur akbar meta jigi mpunjat att publiku. Fuq kollox, imbaghad, ghandha tirrizulta b'mod inekwivokabili l-"eausa simulandi"; b'mod li, jekk il-prova ma tirnexxix, l-impunjazzjoni taqa'.Ix-xhieda ta' l-attur li jallega s-simulazzjoni ghandha fiha nnifisha tigi mehuda bl-akbar cirkospezzjoni meta l-azzjoni tas-simulazzjoni tigi proposta wara l-mewt tal-persuna li l-attur jallega liriedet l-att simulat. Biex ikun hemm simulazzjoni jrid ikun hemm ix-xjenza tal-partijiet kollha lijridu joholqu l-att simulat. Jekk dana l-kunsens ma jkunx hemm, l-att ma jkunx impunjabili fil-konfront ta' min ma jkunx ta' dak il-kunsens; u mhux bizzejjed li xi wahda mill-partijiet kellha l-intenzjoni, mhux espressa u esternata lill-parti l-ohra, li taghmel att simulat; kif anqas hu bizzejjed li l-volonta' tas-simulant tkun diskordanti mad-dikjarazzjonijiet li hu jaghmel fl-att.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni