Referenza: Volum 37C (1953), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 784

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/11/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
MOSES JOHN VELLA vs LORENZO BALDACCHINO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1637 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - LOKAZZJONI - RIPARAZZJONIJIET FIL-FOND
Fil-Qosor
Jekk matul il-kirja l-fond mikri jkollu bzonn tiswijiet li ma jridux dewmien, u li ma jistghux jithallew sat-tmien tal-lokazzjoni, il-kerrej ghandu jhalli li jsiru dawk it-tiswijiet, ikun x'ikun ix-xkiel li jgibu, ukoll jekk fiz-zmien li jkunu qeghdin isiru dawk ix-xoghlijiet hu jitlef l-uzu ta' bicca mill-fond. U jekk ir-riparazzjonijiet ma jiehdux, biex isiru, aktar minn 40 gurnata, il-konduttur ghandu jsofri l-inkomodu kollu, ta' kull xorta jista' jkun. B'applikazzjoni ta' dawn id-dizpozizzjonijiet tal-ligi gie ritenut, fil-kaz prezenti, illi, billi l-fond mikri kellu bzonn ta' riparazzjonijiet urgenti li, biex isiru, kienu jirrikjedu li fil-kors tax-xoghol l-inkwilin johrog momentaneament mill-post, dan kien obligat ibattal il-fond biex ikunu jistghu jsiru dawk ix-xoghlijiet, minghajr ma seta' jippretendi li l-lokatur kellu jhallaslu l-ispejjez tat-trasport tal-merkanzija li kellufil-fond u tal-magazzinagg taghha banda ohra. Ghax huwa ma setax jippretendi dawk l-ispejjez minn ghand il-lokatur, billi x-xoghlijiet mehtiega fil-fond kienu dovuti ghal hsara tal-gwerra, u mhux ghal xi htija tal-lokatur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni