Reference: Volume 37C (1953), Part No. 2, Section , Page 678

Judgement Details


Date
10/04/1953
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CARMELO PARNIS vs GEORGE FENECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 608 U 569 TAL-KODICI CIVILI - BWONA FEDE - DANNI - DEMOLIZZJONI TA' BINI - HAJT - OKKUPAZZJONI - PROVA
Summary
Biex ikun applikabili l-artikolu tal-ligi li jaghti lil min jibni fuq art ta' hadd iehor il-beneficcju li ma jiddemolix il-bini li jkun ghamel billi minflok jindennizza lil sid l-art il-valur ta' l-art li jkun hekk okkupalu u d-danni, hemm bzonn li jikkonkorru erba' kondizzjonijiet; jigifieri (1) lijkun jittratta minn bini; (2) illi l-bini li jsir ikun jokkupa parti mill-fond li jmiss mieghu; (3)illi l-kostruzzjoni tkun saret in bwona fede; (4) u illi l-vicin kien jaf li qed isir dak il-bini uma ghamelx oppozizzjoni. Il-kostruzzjoni ta' hajt fuq art ta' hadd iehor hija bini fis-sens ta' dak l-artikolu tal-ligi, u hija bizzejjed biex tissodisfa l-ewwel wahda mill-kondizzjonijiet rikjestimill-ligi. Il-bwona fede li tikkostitwixxi t-tielet kondizzjoni tikkonsisti fil-konvinzjoni f'min ikun qed jibni li l-kostruzzjoni tkun qieghda ssir fuq art tieghu, b'mod li ma jkollux l-intenzjoni li juzurpa l-art ta' hadd iehor, izda li jaghmel att legittimu; u l-prova f'dan ir-rigward ghandha ssir minn min jallega l-uzurpazzjoni, b'mod li jekk dan ma jasalx f'dik il-prova, allura ghandha tirbah il-prezunzjoni legali tal-bwona fede. Kwantu ghall-ahhar rekwizit, huwa bizzejjed li min jallegal-uzurpazzjoni kien jaf li qieghda ssir il-kostruzzjoni, u ma hux mehtieg li huwa kien jaf ukoll lil-kostruzzjoni qieghda ssir fuq art tieghu. U mhux oppozizzjoni sufficjenti l-fatt li huwa jkun semplicement gibed l-attenzjoni tal-bennej biex dan jaghmel kollox sewwa biex ma jkunx hemm kwistjonijiet. Fid-domanda ghal kundanna ghad-demolizzjoni tal-bini hija kompriza d-domanda ghall-indennizz tal-valur ta' l-art okkupata u ghar-rizarciment tad-danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info