Referenza: Volum 32B (1946), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 628

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/06/1946
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., GANADO E.
Partijiet
NEG. JOSEPH LA ROSA vs EMMANUELE FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Min jitlef haga jew jigi misruq minnha jista' jitlobha lura minn ghand il-possessur taghha billi jindennizzah. Imma ma jistax ikun obligat jaghmel dan l-indennizz jekk il-possessur ma jkunx akkwistaha "in buona fede", jew ma jkunx akkwistaha b'titolu oneruz, jew ma jkunx akkwistaha minn ghand min apparentement seta' kien il-proprjetarju taghha jew persuna mqabbda mis-sid biex jiddisponi minnha.Dawn it-tliet elementi ghandhom necessarjament jikkonkorru kollha; u t-tielet wiehed ghandu jirrizulta specifikatament, u mhux jigi sempliciment kunsidrat bhala indizju kwalunkwe ta' buona fede, jigifieri illi l-akkwirent tal-haga jrid kollu l-konvizjoni ragjonevoli illi huwa akkwista l-haga minn ghand min verosimilment kien il-proprjetarju taghha. Il-prova tal-"buona fede" qieghda fuq l-akkwirent, u dan ghandu jipprova mhux biss li kien "in buona fede", izda li lanqas kien f'kolpa meta akkwista l-haga. Kaz fejn gie ritenut li l-konvenut ma kienx "in buona fede" meta xtara oggetti li rrizultaw li kienu misruqa.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni