Reference: Volume 37C (1953), Part No. 2, Section , Page 703

Judgement Details


Date
21/05/1953
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
P.L. BENEDICT HADRIAN DINGLI NE vs JOSEPH MIFSUD BONNICI O.B.E., NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1197, 1189, 1068 (2) U 1265 TAL-KODICI CIVILI, U ART. 524 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DEPOZITU - INTERDIZZJONI - NULLITA' - PAGAMENT - PROVA - ZBANK
Summary
Zbank ta' flus effetwat mill-persuna li ghandha dawk il-flus fil-Bank jikkostitwixxi pagament li l-Bank jaghmel in ezekuzzjoni ta' l-obligu tieghu li jrodd il-flus depozitati lill-persuna li hija ntitolata ghalihom. Hlas maghmul lil persuna inkapaci huwa null, bil-konsegwenza li min ikun ghamel dak il-pagament ikun obligat jerga' jhallas; ghaldaqstant, jekk dak il-hlas isir lid-depozitant meta dan huwa interdett, dak il-hlas huwa null bhala maghmul lil persuna inkapaci. Pero', jekk id-debitur(f'dan il-kaz il-Bank) jipprova li l-hlas maghmul lill-interdett ikun avvantaggja u kien utili ghall-kreditur, dak il-pagament mhux null; imma l-prova ta' dik il-versjoni utili tinkombi lil min jaghmel il-pagament; u din il-prova tista ssir anki fl-istess kawza li fiha jigi mitlub il-hlas mill-gdidta' dawk il-flus hekk imhallsin. In kwantu ghaz-zmien meta trid tkun tezisti l-utilita', ma hemmxbzonn li dik l-utilita kienet tezisti fiz-zmien li tigi esperita l-azzjoni ghar-ripetizzjoni ta' dawk il-flus, izda hu bizzejjed li kienet tezisti fiz-zmien meta sar il-hlas. L-effetti ta' l-interdizzjoni jibdew mill-gurnata tad-digriet li jordna l-interdizzjoni, anki ghat-terzi, indipendentementmix-xjenza jew injoranza taghhom; u ghalhekk il-pagament maghmul lill-interdett ma jiswiex jekk sarwara dak id-digriet, u b'mod specjali jekk min ihalas kien jaf b'dak id-digriet; salva dejjem il-possibilita' ta' min ghamel il-pagament li jehles mir-responsabilita' ghad-danni billi jipprova l-versjoni utili ta' dak il-pagament fil-vantagg ta' l-inkapaci li rcieva l-flus.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info