eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 41F (1957), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1361
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
30/03/1957
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs PAUL MONTEBELLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 352 INCIZ (M) U INCIZ (BB) TAL-KODICI KRIMINALI - FOOTBALL - INSEPARABILITA' GURIDIKA JEW NATURALI - PIENA - PROVOKAZZJONI - REAT UNIKU - SPORTS - STORBJU
Fil-Qosor
Il-kontravvenzjoni kontemplata fl-inciz (m) tal-Art. 352 tal-Kodici Kriminali tirriferixxi ghall-ksur tal-mistrieh tan-nies bi hsejjes, ghajjat, frattarija u b'mod iehor; mentri dik taht l-inciz (bb)tal-istess artikolu tirrigwarda l-bon ordni publiku, konsistenti fis-sikurezza publika, u anki fis-sikurezza individwali, u vjolazzjoni tal-ordni publiku. Ghaldaqstant, l-inciz (bb) joqot kull att vjolent kommess f'cirkustanzi tali li jista' jipprovoka, direttament jew indirettament, il-kommissjonita' reat kontra l-persuni. Il-fatt tal-imputat, li bhala player waqt loghba football, fl-eccitament tal-folla, waddab il-ballun fuq in-nies li kienu qeghedin izommu mat-team kuntrarju ghal tieghu, hu appuntu kaz li jaqa' taht l-imsemmi inciz (bb); ghax seta' jqajjem rewwixta, u b'hekk kien kawza potenzjali ta' reati kontra l-persuni - dak li appuntu jikkostitwixxi l-essenza ta' din id-dispozizzjoni. Il-provokazzjoni, bhala skuzami, hi kontemplata mill-ligi biss ghar-rigward tal-omicidju u ferimenti; u ghalhekk ma tiswiex id-difiza tal-provokazzjoni f'kaz tal-player fic-cirkustanzi fuq esposti; u dan apparti milli wahda mill-karatteristici ta' "sportsmanship" hi li fi kwalunkwe cirkustanzal-veru "sportsman", anki jekk ikun jitlef, ghandu jikkontrolla ruhu: diversament, il-veru sport isir irrizorju. Imma dak il-player ma ghandux jigi kundannat, oltre li kiser il-bon ordni publiku, anki li waddab oggett iebes bi ksur tal-Kodici Kriminali. L-imputazzjoni f'kaz simili ma ghandhiex tigi zdoppjata, ghaliex bejn imputazzjoni wahda u l-ohra hemm ness guridiku jew naturali, fis-sens illi, malli l-imputat waddab il-ballun, hu kkommetta z-zewg kontravvenzjonijiet, u allura hemm il-konsolidazzjoni f'reat wiehed. Fl-appell maghmul mill-imputat, il-Qorti ma tistghax izzid il-piena; anzif'kaz simili, jekk il-Magistrat ikun ta' piena globali ghaz-zewg imputazzjonijiet, il-Qorti tal-Appell ikollha tnaqqas dik il-piena, avvolja l-Magistrat ikun applika piena miti hafna. Ghax fl-appellil-Qorti ghandha thares lejn il-piena kif inhi; u ladarba l-Magistrat ikun ta piena globali ghaz-zewg imputazzjonijiet, il-Qorti tal-Appell ghandha tnaqqas dik il-piena, billi tkun qeghedha teskludi wahda mill-imputazzjonijiet.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta