Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section , Page 1420

Judgement Details


Date
26/06/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTHONY MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"PARLIAMENTARY DEBATES" - ART. 13 TAL-KAP. 117 - DMIRIJIET TAL-PULIZIJA - GURNALISTA - INTERPELLANZA - MALA FEDE - PRIVILEGG - PROVA - TIXRID TA` NOTIZZJI FOLOZ
Summary
Il-publikazzjoni ta' interpellanza parlamentari debitament approvata minn li Speaker tikkostitwixxirapport privileggjat, stante li jittratta minn parti mill-"business" tal-Parlament. Imma difficilment jiftiehem kif jista' jigi nvokat dan il-mezz ta' difiza meta fil-publikazzjoni ma hemm assolutament ebda ndikazzjoni li si tratta ta' interpellanza parlamentari. Altru li l-fatti divulgati bl-istampa jinqraw bhala kontenut ta' interpellanza, u altru li jinqraw bhala notizzja ta' gurnal bla ebdandikazzjoni tal-interpellanza. Ghax min jaqra interpellanza jaf li ghad irid ikun hemm ir-rispostaghaliha, u li f'dik ir-risposta jista' jun hemm negazzjoni tal-fatti, jew spjegazzjoni taghhom b'modli jigu jifthemu xot'ohra, u per konsegwenza l-qarrej ihalli l-gudizzju tieghu "in sospeso" sar-risposta; imma meta jaqra l-fatti bhala notizzja ta' gurnal, il-qarrej mhuwiex imqieghed in gwardja lisi tratta ta' semplici rikjesta ghall-informazzjoni, u ghalhekk jaghti lil dik in-notizzja l-valur li generalment jinghata lin-notizzji fil-gurnali. Ghaldaqstant, il-gurnalista li jaghzel li ma jsemmix bl-ebda mod, la direttament u lanqas indirettament, li l-materja tan-notizzja kienet ta' "question" fil-Parlament, hu prekluz milli jinvoka l-privilegg; ghaliex certament ma jistghax ikun "bona fide report" ta' proceduri parlamentari dak li lanqas biss juri li huwa parti ta' dawk il-proceduri. Taht il-Ligi Maltija, biex ikun hemm ir-reat ta' tixrid ta' notizzji foloz f'gurnal, li jistghu jallarmaw l-opinjoni publika jew jiddisturbaw il-bon ordni jew il-kwiet publiku, jehtieg li huwa jkun xerred dawk in-notizzji foloz dolozament; imma l-element intenzjonali doluz huwa prezunt "juris tantum"; u l-gurnalista, b'din il-prezunzjoni kontra tieghu "ab initio", hemm bzonn li jabbatti dik il-prezunzjoni billi juri li hu ha l-passi mehtiega biex jikkontrolla l-verita'. Jekk ma jirnexxix f'din il-prova, l-intenzjoni doluza tieghu hija pruvata. L-element tal-verita' fil-kaz ta' imputazzjoni simili ghandu jipprimeggja. Il-Qorti bilfors ghandha tindaga jekk in-notizzja hijiex vera jew le; ghax jekk hi vera, l-imputazzjoni hija "hic et nunc" eliminata, jekk hi falza, dan mhux bizzejjed, ghaxjehtieg dejjem li l-Qorti tara jekk in-notizzja gietx imxandra dolozament, u jekk kienetx tali li tista' tallarma l-opinjoni publika jew tiddisturba l-bon ordni jew il-kwiet publiku. Il-fatt li kienet sejra ssir interpellanza fil-Parlament dwar il-kontenut tan-notizzja divulgata mhux bizzejjed bhala verifika tal-verita' ta' dik in-notizzja, ghax l-istess notizzja hi bazata fuq il-kontenut ta' interpellanza li ghad trid issir. L-anqas il-fatt li l-gurnalista sar jaf li kellha ssir dik l-interpellanza minn membru tal-Parlament, li qal lill-gurnalista li huwa kien ottjena dik l-informazzjoni minn membru tal-Pulizija li baqa' anonimu, ma jirrendi ragjonevoli l-verifika tal-gurnalista; ghax il-gurnalista b'hekk ikun qieghed jaffida ruhu, l-ewwelnett, fuq dikjarazzjoni ta' membru tal-Parlament li kienet biss dikjarazzjoni "per relatum"; u jkun qieghed jaffida ruhu fuq il-veracita' ta' dak l-informatur anonimu, bla ebda kontroll ta' xejn. Kwantu ghar-rekizit tal-allarm, dan hu bizzejjed li jkun potenzjali. Jekk ikun hemm attwalment disturb tal-opinjoni u l-kwiet tal-publiku bhala effett tan-notizja, dan jikkostitwixxi aggravanti tar-reat. Il-Qorti ghandha tara jekk in-notizzja "de qua", dak il-mument tal-publikazzjoni taghha, kellhiex "fiha nnifisha" l-attitudini li jigri l-allarm; u fil-konsiderazzjoni ta' dan l-element il-gudikant ghandu maggjorment ihares lejn ic-cirkustanzilokali fi zmien determinat, ghaliex minn dawn ic-cirkustanzi jiddependi jekk potenzjalment hemmx l-"apprehension" ta' "a breach of the peace". Wiehed mid-dmirijiet tal-Pulizija hu li tghin lid-difiza; u ghalhekk il-Pulizija ghandha taghti lill-imputat il-partikularitajiet li jkollha disponibbli dwar xi xhieda li l-imputat ikun irid igib ghad-difiza tieghu, u ghandha taghtih kull assistenza li tista' biex huwa jiddefendi ruhu. Ghax l-iskop finali hu dejjem li ssir gustizzja, u biex issir gustizzja jehtieg ukoll id-difiza l-aktar ampja tal-imputat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info