Referenza: Volum 41F (1957), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1353

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/03/1957
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOSEPH BUGEJA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"CERTIFICATE OF INSURANCE" - "RENEWAL" - "REVIVAL" - ASSIKURAZZJONI - LICENZA TAS-SEWQAN - POLZA TAS-SIGURTA' - RISKJI TAT-TERZI PERSUNI - SOSPENSJONI
Fil-Qosor
Jekk bniedem ikun isuq karrozza tal-mutur minghajr is-"Certificate of Insurance", imma fil-fatt ikunta` filwaqt istruzzjonijiet lill-kumpannija tas-sigurta` biex tirrinovalu l-"cover" tas-sigurta`, allura huwa ma jkunx qieghed isuq minghajr ma hu kopert bil-polza tas-sigurta` jew garanzija ghar-riskji ta` terzi persuni. Kaz simili mhux kaz fejn ghandu jigi ezaminat jekk tikkonkorrix xi raguni specjali biex il-Qorti timmitiga l-perijodu tal-iskwalifika milli wiehed ikolu jew jottjen licenzi tas-sewqn, imma hu kaz fejn wiehed ghandu jara jekk dak ir-"renewal" huwiex regolari; gahx jekk ikun regoalri, allura taqa` l-imputazzjoni ta` sewqan bla polza tas-sigurta`, in kwantu li f'kaz simili polza kien hemm. Avvolja fil-polza relativa ma jkunx hemm klawsola fis-sens li, f'nuqqas ta` disdettaminn naha jew mill-ohra, il-polza tkun ritenuta bhala rinnovata, il-patt verbali tar-"Renewal" huwavalidu, ladarba ma jikkontradicix it-termini tal-polza. taht aspetti ohra, u ghal finijiet ta` kwistjonijiet ohra, jista` jigi dibattut jekk ikunx kaz ta` "Renewal" jew ta` "revival", b'mod li jkun hemm kuntratt gdid, ghalkemm fil-prattika r-"Revival" jitqies "renewal"; imma din il-kwistjoni ma hemm lokha meta l-agent tal-kumpannija, in ezekuzzjoni tal-istruzzjonijeit likellu minn ghand l-imputat, ghamel ir-"renewal" rego;arment mal-iskadenza, u l-agent seta` validament jaghmel dak ir-"renewal".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni