Referenza: Volum 41F (1957), Parti Nru. 4, Taqsima 1, Paġna 1435

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/07/1957
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
FLORES JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs NIKOLA FALZON
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 304 TAL-KODICI KRIMINALI - ELEMENTI MEHTIEGA - PUSSESS TA' OGGETTI TAL-KURUNA
Fil-Qosor
Biex l-imputat jigi ritenut hati tar-reat ta' pussess ta' oggetti ta' proprjeta' tal-Kuruna taht l-art. 304 tal-Kodici Kriminali, jehtieg li jikkonkorru dawn l-elementi:- 1. Pussess ta' xi oggett lijkollu marka jew sinjal li juri li hu proprjeta' tal-Kuruna, jew oggett li l-possessur tieghu jkun jaf li hu tal-Kuruna; 2. illi l-Awtorita' kompetenti kompetenti ma tkunx tat permess bil-miktub sabiex wiehed jista' jiddisponi mill-oggett; 3. illi l-possessur jonqos milli jaghti kont soddisfacentita' kif l-oggett ikun gie ghandu. In-nuqqas ta' anki wiehed minn dawn ir-rekwiziti, kif stabbilitmill-provi ikun ta' ostakolu ghall-verifikazzjoni tar-reat; ghaldaqstant, il-fatt stabbilit fis-sentenza tal-Magistrat, li l-imputat kien fil-pussess ta' oggetti tal-Kuruna bil-marka tal-Kuruna, ma jikkostitwix dan ir-reat, billi jonqsu f'dak il-fatt ir-rekwiziti tan-nuqqas ta' permess bil-miktub mill-Awtorita' kompetenti u n-nuqqas ta' kont soddisfacenti tal-pussess mill-imputat. Liema fatt il-Qorti tal-Appell, bhala Qorti ta' revizjoni tal-process quddiem l-Ewwel Qorti, ma tistghax tabbandunaa pregudizzju tal-imputat, anki fil-kaz li l-provi kienu juruh xort'ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni