Reference: Volume 36D (1952), Part No. 4, Section , Page 817

Judgement Details


Date
11/10/1952
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs GEORGE PACE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 20 TAL-KODICI KRIMINALI - GHAJXIEN MILL-QLIEGH TAL-PROSTITUZZJONI - KOMPLICITA' - PIENA - PROVI - REAT KONTINWAT
Summary
Il-komplicita' tippresupponi ineluttabilment l-akkordju ta' aktar minn forza wahda (morali jew fizici) li jikkonvergu biex jipperpetraw "l-istess delitt". Dan l-intent komuni, li jigi kommess l-istess delitt, ma jirrkorrix f'min jghix mill-qliegh tal-prostituzzjoni, id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid li d-depozizzjoni tal-komplici ma hix bizzejjed biex tikkonvinci lill-imputat jekk ma tkunx korroborata minn provi ohra. Ir-reat ta' min jghix mill-qliegh tla-prostituzzjoni ma hux reat kontinwat;ghax biex jista' jinghad li bniedem qieghed jitmantna, ghal kollox jew f'parti, mill-qliegh tal-prostituzzjoni, hemm bzonn ta' serje, ossija kumpless ta' attijiet li flimkien jiffurmaw l-azzjoni vjolatrici tal-ligi; u dina r-ripetizzjoni ta' dawk l-attijiet hija element essenzjali ta' dan ir-reat.U dan avvolja jkun hemm pluralita' ta' suggetti passivi, jigifieri ta' nisa li jipprostitwixxu ruhhom. Akkademikament jista' jinghad li tolvolta, f'dan id-delitt partikulari, jista' jkun hemm ir-reat kontinwat meta jkun hemm kumpless ta' attijiet, u mbaghad, b'intervall apprezzabili jkun hemm serje distingwibili ta'attijiet ohra, u dawn iz-zewg serje ta' attijiet, kostiwenti flimkien, kull serjeminnhom. Azzjoni vjolatrici tal-ligi, jigu unifikati flimkien in virtu' ta' rizoluzzjoni kriminuzawahda. F'kaz simili, l-intervall taz-zmien ma hux ostativ ghall-koncett tar-reat kontinwat; imma majkunx interess tad-difiza li tikkumbatti l-kontinwita' jekk tikkoncedilha l-Prosekuzzjoni. Dan id-delitt minn dejjem gie kunsidrat bhala partikolarment gravi u oggezzjonabili; u jekk il-progress taz-zmien naqqas il-hruxija tal-pieni, ma naqqas bl-ebda mod l-iskifozita' ta' delitt simili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info