Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section , Page 1438

Judgement Details


Date
29/07/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs FRANCIS AQUILINA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 425(1) (B) (VI) TAL-KODICI KRIMINALI - KAMPJUN - KUNSERVA TAT-TADAM - PROVI
Summary
Fost il-kazi li fihom hu koncess lill-Attorney General appell minn sentenza kriminali tal-Qorti tal-Magistrati, hemm dak meta l-Pulizija tkun giet impedita fil-kawza li ggib xi prova li tkun indispensabbli biex isahhah l-akkuza u li skond il-ligi tista` tingieb. Dan id-dispost tal-ligi ovvjament japplika ghall-kaz li l-Qorti tkun erroneament ma ammettietx prova tal-prosekuzzjoni, indispensabbli biex issahhah l-akkuza tant jekk il-Qorti tkun cahdet il-prova b'decizjoni prelimianri kemm jekk tkuncahditha fl-istess decizjoni finali; f'liema eventwalita`, ir-rigett tal-prova jkun jinvolvi punt ta` dritt ammontanti ghall-applikazzjoni erronea tar-regoli li jiddixxiplinaw l-ammissibilita` tal-provi fi process kriminali; u allura l-ligi tikkoncedi l-appell lill-Attorney General. Fil-kaz ta` akkuza fis-sens li l-imputat ghamel u bejgh kunserva tat-tadam ta` koncentrazzjoni aktar baxxa milli jmissha tkun, il-kampjun hekk elevat mill-analitiku tal-Gvern, huma prova indispensabbli biex issahhah l-akkuza; u l-fatt li l-Magistrat ikun irrigetta l-prova tal-Prosekuzzjoni konsistenti fil-produzzjoni ta` dak il-kampjun u ta dik l-analisi, fuq il-motiv li dak il-kampjun ittiehed, u l-analisi tieghu saret, mhux skond il-ligi, u ghalhekk ikun illibera lill-imputat minhabba nuqqas ta` provi, jikkostitwixxu appuntu kaz ta` rigett ta` prova indispensabbli biex issahhah l-akkuza; halhekk l-Attorney General jista` jappella minn dik is-sentenza. Ghax l-ewwel Qorti tkun illiberat lill-imputat fuqapprezzamnet ta` privi likien nieqes minn element probatorju indispensabbli u erroneament michud; u l-ligi trid li din l-eventwalita` tigi regolaizzata billi tikkoncedi appell lill-Prosekuzzjoni




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info