Referenza: Volum 41F (1957), Parti Nru. 4, Taqsima 1, Paġna 1317

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/02/1957
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs NOBBLI ALEXANDER APAP BOLOGNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 3 TAL-KAP. 140 - ART. 431, 316 U 425 (1) (B) (VII) TAL-KODICI KRIMINALI - ATTORNEY GENERAL - GUDIKAT - NULLITA' - PENALI - PROROGA - RESTITUZZJONI "IN INTEGRUM" - TERMINU
Fil-Qosor
Hu veru li rikors ta' appell kriminali, meta dan hu nterpost mill-Attorney General, ghandu jkun firmat minnu; imma hu wkoll veru li l-ufficjali li jissejhu assistenti avukati tal-Kuruna huma fakoltizzati li jezegwixxu u jezercitaw dawk is-setghat, funzjonijiet u dmirijiet, li jigu moghtija jew assenjati lilhom mill-Attorney General. Ghaldaqstant, mhix f'lokha l-eccezzjoni li appell interpost mill-Attorney General. Ghaldaqstant, mhix f'lokha l-eccezzjoni li appell interpost mill-Attorney General huwa null ghax ir-rikors tal-appell ma giex iffirmat minnu, jekk il-firmatarju tar-rikors kellu d-delegazzjoni mill-Attorney General biex jiffirmah. U l-asserzjoni tal-Avukat tal-Kuruna firmatarjutar-rikors hija bizzejjed prova li hu kellu din id-delegazzjoni. Sentenza li tillibera l-imputat minn obligu kontemplat fl-art. 316 tal-Kodici Kriminali hija appellabbli mill-Prosekuzzjoni. Jekk l-imputat kien kundannat jezegwixxi xi xoghol taht penali ta' tant kulljum ghal kull gurnata ta' ritardfi zmien determinat, u huwa jitlob restituzzjoni "in integrum" wara l-iskadenza tat-terminu, din, jekk tinghata, ghandha tinghata ghall-perijodu kollu tan-nuqqas; altrimenti tkun proroga mhix koncepibbli wara li jkun ghadda t-terminu. Imma, jekk l-imputat ikun irregola ruhu skond il-provvediment li tkun tat il-Qorti fuq dik id-domanda tieghu, ma hux ekwu li fl-appell l-imputat jigi kundannat ihallas il-penali ghal dak il-perijodu li ghalieh giet lilu moghtija r-restituzzjoni "in integrum"; ghax forsi, kieku t-talba tieghu giet respinta, hu kien jaqbad u jaghmel ix-xoghol, mentri hu rregola ruhu bl-ezenzjoni mill-penali wara l-koncessjoni ta' terminu gdid lilu moghti mill-Qorti. Jekk fic-citazzjoni, fejn l-imputat jigi mharrek talli ma ezegwiex is-sentenza precedenti li mponietlu terminughall-ezekuzzjoni tax-xoghol u penali ghall-kull jum ta' ritard, ma tintalabx il-kundanna tieghu ghall-hlas tal-penali, ma hemmx lok ghall-kundanna ghall-hlas tal-penali fuq "dik ic-citazzjoni", ghaxtonqos it-talba ghal dak il-hlas tal-penali fuq "dik ic-citazzjoni", ghax tonqos it-talba ghal dakil-hlas. Sentenza simili, pero', li ma tikkundannahx ghall-penali, fil-waqt li tiddikjarah hati talli ma ezegwiex ix-xoghol meta kellu jezegwieh, ma tikkostitwix gudikat favur tieghu meta ssirlu citazzjoni ohra biex ihallas dik il-penali, b'mod li l-Magistrat ma ghandux, fic-citazzjoni l-gdida, jirravviza gudikat, fis-sens li fic-citazzjoni ta' qabel huwa seta' jigi kundannat ghall-penali imma magiex kundannat, u allura ma jistax jigi hekk kundannat fic-citazzjoni l-gdida. In tezi generali, ghalkemm il-Qorti ta' Gurisdizzjoni Inferjui mhix obligata taqbel ma' principju stabbilit mill-Qortital-Appell, u tista', ghal ragunijiet minnha enuncjati, tiddissenti minn dak il-principju, eppure hija prattika li l-Qorti Inferjuri ssegwi l-principji stabbiliti mill-Qorti Superjuri; u din hija prattika salutari li ghandha tigi segwita; ghax tant jirrikjedu ragunijiet impellenti ta' stabilita' tal-gurisprudenza u ta' menomazzjoni ta' spejjez.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni