Reference: Volume 36D (1952), Part No. 4, Section , Page 716

Judgement Details


Date
01/03/1952
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTHONY GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI - NULLITA' - PROVI - SENTENZA - XHIEDA
Summary
Sentenza tal-Qorti Kriminali tal-Magistrati ghandha tikkontjeni l-akkuza u ta' x'hix l-imputat gie misjub hati; u mhux bizzejjed li wiehed jista' jargumenta x'kienet l-akkuza u ta' x'hix gie misjub hati l-imputat mill-motivazzjoni tas-sentenza; ghax dan ma jissodisfax il-vot tal-ligi, u jhalli s-sentenza difettuza minn wiehed mir-rekwiziti essenzjali taghha, u ghalhekk jirrendiha nulla. Izda ghalkemm dik is-sentenza bhala decizjoni hija nulla, it-traskrizzjoni tax-xhiediet li nstemghu mill-Ewwel Qorti, u li tkun tinsab fil-korp tas-sentenza, tista' sservi biex turi xi provi saru quddiem l-Ewwel Qorti; u, fl-assenza ta' oggezzjoni da parti ta' l-imputat jew ta' l-Avukat tal-Kuruna, il-Qortita' l-Appell tista' taghmel uzu minn dawk id-depozizzjonijiet minghajr bzonn li terga' tisma' x-xhieda mill-gdid, biex taqta' l-kawza wara li tkun annullat is-sentenza. It-tort li jkollu wiehed minndawk li jsibu ruhhom koinvolti f'kollizjoni ma jitnehhiex billi jkollu tort anki l-iehor, li jkun gie anki misjub hati u kundannat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info