Reference: Volume 36D (1952), Part No. 4, Section , Page 725

Judgement Details


Date
29/03/1952
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
IL-PULIZIJA vs FRANGISK GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 388 U 635 (1) TAL-KODICI KRIMINALI - FALZA TESTIMONJANZA - PROVA - TRASKRIZZJONI TAX-XHIEDA
Summary
Il-ligi, li fil-kazijiet kollha tezigi l-ahjar prova, ma tezigix li, biex wiehed jinstab hati ta' xhieda falza f'gudizzju kriminali, jehtieg li x-xhieda tieghu tkun giet traskritta mill-Qorti, u li tkun tirrizulta ghalhekk bil-miktub. Kull ma huwa mehtieg mill-ligi hu li l-Qorti jkollha l-provi konkludenti u konvincenti ta' dak li l-imputat ikun xehed u tal-falsita' ta' dak li jkun xehed, flimkien max-xjenza fih ta' dik il-falsita'. Fejn u meta hemm in-notamenti mizmumin mill-Magistrat, l-aqwaprova tkun dawk in-notamenti; u allura dik il-prova tkun obligatorja; izda meta ma jezistux dawk in-notamenti, il-Qorti ma tistax tiskarta provi ohra jekk dawn iwasslu ghall-konvinciment tal-Qorti dwar l-akkuza ta' spergar; u jekk il-Qorti tasal ghal dan il-konvinciment, ghandha tiddikjara lill-imputat hati. Ix-xhieda ta' xhud wiehed biss, li jmeri dak li xehed qabel taht gurament l-imputat, mhix bizzejjed skond il-ligi biex tikkonvinci lill-imputat bhala hati ta' spergur, jekk ma tkunx korroborata b'xi cirkustanza li tkun tiswa, biex tistabbilixxi d-delitt ta' spergur, ma provi ohra migjubaskond il-ligi. Certament hu mholli ghall-gudizzju tal-Qorti, fil-kaz partikulari li jkun, li tiddecidi jekk tkunx tista' torbot definitivament fuq ix-xhieda ghall-prova ta' dak li jkun xehed l-imputat; u huwa dejjem desiderabili li, f'kaz ta' spergur, ikun hemm in-notamenti tax-xhieda mehuda skondil-ligi u moqrija lix-xhud ghall-finijiet tal-konferma; ghax f'dak il-kaz ikun hemm prova mill-aqwa, li difficilment tista' tqarraq u thalli dubju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info