Referenza: Volum 32C (1944), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 298

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/01/1944
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
-
Partijiet
HILDA DEGABRIELE vs ROGANTINO DEGABRIELE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Ghalkemm is-separazzjoni "di fatto" hu stat li ma hux rikonoxxut mal-ligi, dan hu veru fis-sens illibi stat simili ma jistghux jigu alterati r-relazzjonijiet bejn il-konjugi stess, u mhux anki fis-sens illi t-tribunal majistax jaghti provvediment dwar it-tfal. Il-provvediment tat-tribunal dwarit-tfal, anki f'kaz ta' semplici separazzjoni "di fatto", jirrigwardaw interess publiku fdat lill-awtorita' gudizzjarja li meta taghti provvedimenti simili, b'daqshekk ma tkunx qieghda tissanzjona l-istat anormali tas-separazzjoni. Huwa veru li l-missier, sakmm huwa nvestit bil-patrija potesta' fuq uliedu gahndu b'ligi s-setgha li jidderigi l-kura u l-edukazzjoni tat-tfal, u huwa veru wkoll illil-interess tat-tfal u l-vantagg taghhom huma r-regola primarja; imma dawn il-konsiderazzjonijiet ghandhom jigu konciljati max-xewqa u d-dritt ta' l-omm "ex jure naturae" li tara l-uliedha. Ghaldaqstant, sakemm it-talba ta' l-omm hija limitata ghall-access ghat-tfal, u mhux ukoll biex tehodhom gandha, il-Qorti ma ghandhiex bzonn tidhol fl-indagini tal-kondotta morali ta' l-omm, sakemm ma jigix pruvat li anki dak l-access ta' l-omm kif regolat mill-Qorti ikun ta' hsara lit-tfal.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni