Referenza: Volum 32C (1946), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 208

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/02/1946
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ROGANTINO DEGABRIELE vs GIUSEPPE XUEREB ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1551 TAL-KODICI CIVILI - CESSJONI - DONAZZJONI - INKWILINIST - LOKAZZJONI - MANDAT - MARA
Fil-Qosor
L-inkwilin li jipprezenta persuna ohra lil sid il-kera biex dan jirrikonoxxiha bhala inkwilin gdid tieghu minfloku ma jaghmelx cessjoni ta' l-inkwilinat, imma semplicement dikjarazzjoni li huwa jrid jitlaq il-lokazzjoni. Fis-sena proprju tal-kelma c-cessjoni tirrikjedi l-prezz; jekk ic-cessjoni hija gratuwita, tkun donazzjoni. Il-mandat tacitu li l-mara ghandha minn zewgha mhux limitat ghall-kuntrattazzjonijiet biss li jirrigwardaw il-bzonnijiet ordinarji golnaljeri u domestici, imma huwa estiz anki ghal kuntrattazzjonijiet ohra li jkunu ta' vantagg ghall-familja u li jkunu konformi ghall-prattika bejn il-mizzewgin. Ghaldaqstant il-mara mizzewga, li minghajr il-kunsens espress tar-ragel titlaq il-lokazzjoni tad-dar favur haddiehor f'cirkustanzi li juru li dan sar biex tehles mill-piz tal-kera ghax ma ghandhiex aktar bzonn tad-dar, taghmel att li ma jistax jigi attakkat mir-ragel u diskonoxxut minnu ghax sar minghajr il-kunsens espress tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni