Reference: Volume 37D (1953), Part No. 4, Section , Page 1059

Judgement Details


Date
21/03/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs PAUL DEGIORGIO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 348 U 633 TAL-KODICI KRIMINALI - KOMPLICITA' - PROVI - RICETTAZZJONI - SERQ
Summary
Fis-sistema guridiku malti, ir-reat ta' ricetazzjoni huwa, b'ligi, kunsidrat mhux bhala forma ta' komplicita', izda bhala reat "per se' stante", ghalkemm huwa punibili bil-peina tas-serq skond il-valur tieghu; purke' si tratta ta' ricettazzjoni semplici, jigifieri bla akkordju preventiv mal-halliet;ghax diversament ir-ricettazzjoni taqa' that forma ta' komplicita. Ghaldaqstant ir-ricettatur (meta si tratta minn ricettazzjoni semplici) mhux kunsidrat mill-ligi bhala komplici tal-halliel; u l-gurisrudenza, almenu mis-sena 1911 l-hawn, dejjem segwit din it-teorija. Dwar il-kwistjoni jekk il-halliel huwiex komplici tar-ricettatur jista'jkun hemm xi dubju; pero', anki taht dan l-aspett, tidheraktar accettabili t-teorija ta' non-komplicita'. Ghaldaqstant, in linea ta' massima, ma tapplikaxfil-materja r-regola li x-xhieda tal-komplici, jigifieri tal-halliel kontra r-ricettatur, tehtieg korroborazzjoni, imma tapplika r-regola l-ohra illi xhud wiehed biss, jekk emmnut minn min ghandu jiggudika, huwa bizzejjed biex jikkonvinci lill-imputat; u kwindi x-xhieda tal-halliel, jekk emmant, hija prova bizzejjed kontra r-ricettur. Imma peress li bejn is-serq u r-ricettazzjoni hemm konnessjoniferm stretta, ma hux prudenti, u lanqas konsiljabili, illi l-imhallef sija tagat hemm popolari, joqghod fuq ix-xhieda biss tar-ricettaru jew tal-halliel, meta din ma tkunx sostnuta b'xhieda diretta jew indiretta, jew inkella korroborata bix-xhieda ta' l-istess imputat jew anki bl-atteggjament tieghu fic-cirkustanzi tal-kaz partikulari. Liema korroborazzjoni li wiehed ghandu jistenna bhala haga prudenti u konsiljabili, ma hemmx bzonn li tkopri dak kollu li jghid ix-xhud sospett, imma bizzejjedli tikkonferma xi partikulari sostanzjali li jimplika lill-imputat fir-reat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info