Referenza: Volum 37D (1953), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 863

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/05/1953
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
SALVATORE CANNATA NE. vs KAPTAN EMANOLI SKAPINAKIS NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - KAP. 41 - KOLLIZJONI FUQ IL-BAHAR - LIKWIDAZZJONI
Fil-Qosor
Il-ligi li ghandha tirregola l-likwidazzjoni tad-danni dovuti minhabba kollizjoni fuq il-bahar, fin-nuqqas ta' konvenzjoni internazzjonali, naturalment tvarja skond jekk il-kollizjoni fuq il-bahar gratx fuq il-"mare apertum" jew fl-ibhra territorjali. F'dan l-ahhar kaz, il-ligi applikabili hija l-ligi tat-territorju fejn tkun inholqot l-obligazzjoni. Il-Qorti tal-Kummerc, bhala High Court of Admiralty, ghandha gurisdizzjoni li tiggudika mhux biss dwar obligazzjonijiet kontrattwali, imma anki dwar obligazzjonijiet "ex delicato" li huma mnisslin minn kollizzjonijiet ta' bastimenti li jkunu rekbin fuq il-bahar. F'materja ta' danni mnisslin minn obligazzjoni "ex delicto", jew minn kwazi-delitt, huma dovuti dawk id-danni li jidderivaw mill- u fil-kors ordinarju bhala konsegwenza "di fatto" tal-forza li tkun originathom; u jistghu jigu rkuprati dawk id-danni li huma immedjati u prossimi, umhux dawk remoti. Fi kliem iehor, il-principju sovran huwa li ghandha tigi kalkulata s-somma ta' flus li tkun adegwata sabiex taghmel tajjeb lil min ikun sofra t-tort it-telf li huwa jkun sofra bhalarizultat naturali tad-deni li jkun gie lilu maghmul. Qabel ma jigi likwidat il-"quantum" tad-dannu, trid tigi logikament imgharba l-kwistjoni dwar jekk id-danni reklamati kienux jew le immedjati, prossimi, normali, jew li huma l-probabili konsegwenza ta' l-affarijiet imnisslin mill-fatt kwerelat;u f'dan il-kaz tipprevali l-"lex loci commissi delicti". Imbaghad tkun mehtiega ricerka ohra importanti dwar il-ligi li ghandha tipprevali fl-ezami tar-responsabilita' dwar jekk id-dannu huwiex dirett u normali, u dwar il-ligi li ghandha tirregola l-mizura kwantitativa ta' l-istess dannu; u hawn tipprevali l-"ex fori". Principju iehor generali f'materja ta' danni hu dak li min sofrihom ghandu jaghmel mill-ahjar sabiex inaqqas l-estensjoni taghhom, jissalvagwarda, bhala "bonus pater familias",l-interess ta' min ikun tenut ihallashom. Fid-dawl ta' dawn il-principji gie likwidat, fil-kaz prezenti, l-ammont tad-danni dovuti mill-konvenut lill-attur bhala konsegwenza ta' kollizjoni fuq il-bahar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni