Reference: Volume 37D (1953), Part No. 3, Section , Page 855

Judgement Details


Date
16/04/1953
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
EDGAR FARRUGIA NE. vs FRANK BONACI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CHIN 8" - "KINNIE" - "TRADE MARK" - IMITAZZJONI - REGISTRAZZJONI
Summary
Hu elementari li meta wiehed jakkwista d-dritt ghall-uzu ta' trade mark, huwa jakkwista wkoll id-dritt li ma jhallix lil hadd iehor jaghmel uzu minn dik l-istess trade mark, jew li jimitahielu frawdolentement; u d-dritt ta' l-uzu tat-trade mark ghandu jigi ritenut vjolat frawdolentement meta l-vjolatur jagixxi b'mod li l-publiku jixtri u jhallas ghal haga tieghu fil-waqt li jkun jintendi jixtri ujhallas ghal haga ta' hadd iehor. L-uzu ta' trade mark li tkun tixbah, jew anki identika ghal dik uzata minn persuna ohra, izda ghal merci jew klassi ta' merci differenti, ma jikkostitwix vjolazzjonitad-dritt ta' dik il-persuna. F'kaz ta' uzurpazzjoni ta' trade mark, biex ikun jista' jinghad hemml-imitazzjoni frawdolenta, mhix mehtiega imitazzjoni perfetta tal-marka ga legalment uzata minn haddiehor, imma li basta illi dik l-imitazzjoni tkun tali li tista' tinganna l-generalita' tal-konsumaturi. Biex ikun hemm uzurpazzjoni tal-marka ta' haddiehor, hu bizzejjed li jkun hemm il-"possibilita' " ta' konfuzjoni bejn iz-zewg markji. Trattandosi ta' marka registrata, il-pont li ghandu jigi kunsidrat huwa dak jekk hemmx vjolazzjoni tal-marka li hija ga uzata minn kummercjant fin-negozju tieghu. U meta wiehed jigi biex jikkunsidra jekk hemmx vjolazzjoni tal-marka registrata hemm bzonn jarajekk f'dik il-marka registrata tigix imitata l-parti essenzjali taghha. Ghalkemm il-motiv li jkollu min jimita l-marka ma ghandux importanza biex jigi stabbilit jekk hemmx jew le imitazzjoni frawdolenta, izda, biex wiehed jara jekk hemmx rassomiljanza, jista', u ghandu, jindaga x'kien il-motiv, x'kienet ir-raguni, tar-rassomiljanza; ghaliex, jekk ma hemmx raguni ohra hlief dik li l-publiku jista' jitfixkel u jikkonfondi haga ma' ohra, id-deduzzjoni tkun li l-marka tista' twassal biex tinduci fi zball. B'applikazzjoni ta' dawn il-principji, fil-kaz prezenti giet ritenuta valida l-oppozizzjoni ta' l-attur, li kellu registrata favur tieghu l-marka "Kinnie", ghat-talba tal-konvenut biex tigiregistrata favur tieghu l-marka "Chin 8".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info