Reference: Volume 37D (1953), Part No. 3, Section , Page 916

Judgement Details


Date
20/10/1953
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
AVUKAT DR EDOARSDO SAMMUT NE vs CAPTAIN VICTOR TRAPANI NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ABBANDUN - ART. 99 U 91 TA` L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETA` INDUSTRIJALI - GWERRA - KONKORRENZA SLEALI - KUSTODJU TAL-PROPRJETA' TAL-GHADU - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 170 TA` L-1951 - OPPOZIZZJONI - REGISTRAZZJONI - TRADE-MARK - TRADING WITH THE ENEMY ORDINANCE, 1939
Summary
In-notifikazzjoni tal-Gvern nru. 170/1951, li in forza tieghu gew investiti fil-Kustodju tal-Proprejeta` tal-Ghadu t-trade marks kollha registrati in konsegwenza ta` applikazzjoni ghar-registrazzjonimaghmula qabel it-3 ta` Settembru 1939, appartenenti lil kull nemik, jew mizmuma jew amministrati favur kull nemik, tirrigwarda biss lit-trade marks registrati in konsegwenza ta` applikazzjoni maghmula qabel l-imsemmija data, u kwindi ma tirrigwardax it-trade marks li ma humiex registrati hawn Malta. Dawn ghalhekk baqghu ma gewx investiti fil-Kustodju tal-Proprjeta` tal-Ghadu. Non ostanti l-fattli t-trade mark ma tkunx registrata hawn Malta, it-trade mark tibqa` proprjeta` ta` sidha; gahx il-proprjeta` ta` marka ta` fabbrika jew tal-kummerc ma tiehux l-ezistenza guridika taghha mill-formalita` tar-registrazzjoni, u tirpoza fuq l-istess prinicpji generali tad-dritt komuni li minnhom huma regoalti l-pussess u l-proprjeta`. Malli trade mark tigi applikata u realment uzata fis-suq biex indika lill-kumpratur illi merkanzija li ggib dik it-trade mark hija l-prodott ta` ditt partikulari, dik it-trade mark issir, sa dak il-pont, proprjeta` eskuziva ta` dik id-ditta; u hadd iehor ma ghanduxid-dritt li jikkupjaha, lanqas li japparopja ruhu minn xi parti minnha, jekk b'dik l-approprjazzjoni kumpraturi imprudenti jistghu jigu migjubin jemmnu li jkunu qeghdin jakkwistaw merkanzija fabbrikarta mid-ditta proprjetarja ta` dik it-trade mark. Il-markji ta` fabbrikata jew tal-kumemrc ghandhomjigu protetti f'kull stat, tant jekk appartenenti lic-cittadin kemm lill-barranin, u tnat fl-ipotesi illil-istabbiliment principali tan-negozjant li lilu jkun jappartjeni jkun jisnab fit-territorju ta` l-istat kemm fil-kaz lijkun fl-esteru. huwa veru li d-dritt ghalluzuz ta` trade amrk jista `jintilef bin-nuqqas ta` l-uzuz tieghu, jigifieri bl-abbandun, pero` mhux bizzejejd li l-proprjetarju majkomplix juza t-trade mark, imma hemm bzonn li tigi pruvata l-inenzjoni tieghu li jabbanduna dik it-trade mark. U ghalhekk, il-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark ma juzax l-istess trade amrk, u majiehux passi kontra l-kontravventuri, ma jfisserx annabdun tad-dritt ta` l-uzuz tat-trade mark, jekk dak il-proprjetarju ma setax jaghmel dak l-uzu mit-trade mark u mas etax jagixxi kontra l-kontravventuri. L-effett tal-gwerra fuq it-trade mark mhux dak li jestingwiha, imma biss li jzommha inattiva. Id-dfiett ta` oppozizzjoni ghar-registrazzjoni ta` trade amrk fi zmien xahrejn mill-avviz tat-talba ghal dik ir-registrazzjoni ma jipprekudix it-triq ghal kwalsijasi oppozizzjoni futura. Fost il-kazi ta` konkorrenza illecita gie dejjm ritenut l-ispacc ta` merkanzija proprja taht l-istes smarkaga uzata minn ahdd iehor, b'mod li tkun tista` ssir konfuzjoni bejn iz-zewg markji; ud an anki jekkmin jiddenunzja l-imitazzjoni jewl-uzuz tal-amrka teighu ma jkunx irregistra dik il-marka.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info