Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 577

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/10/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
GIOVANNI GAUCI PR. ET NE. ET. vs NUTAR DR. VINCENZO GATT NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 19, 20, 32 U 46 TAL-KAP. 70 - DEKADENZA - GUDIZZJU TA' STIMA - KOLLETTUR TAT-TAXXI INTERNI - PRESKRIZZJONI - TAXXA TAS-SUCCESSJONI
Fil-Qosor
Il-Kollettur tat-Taxxi Interni ghandu l-poter li jipprocedi ghal likwidazzjoni "ex officio" tal-valur suggett ghat-taxxa tas-successjoni fi tliet kazijiet; jigifieri (a) meta l-persuna li ghandha taghtih l-informazzjonijiet mehtiega u l-provi tonqos volontarjament, jew tirrifjuta, li taghtih dawk l-informazzjonijiet u provi, meta jitlobhomlha, jew taghtihomlu b'mod mhux car jew li bih tkun trid tahrab il-mistoqsijiet tieghu, (b) meta jkun hemm minn naha ta' l-istess persuna nuqqas totali jew parzjali tad-denunzja, (c) u meta l-persuna denunzjanti tiddikjara bil-gurament quddiem il-Kollettur lima tafx kemm hu l-valur tal-gid jew tad-drittijiet, jew l-ammont tal-kapitali jew tal-krediti, li ghandhom jidhlu addenunzja. Ghalhekk, jekk il-Kummissarju tat-Taxxi Interni jkun accetta u approva l-likwidazzjoni tal-valur ta' l-oggetti denunzjati, u jkun intaxxa l-assi ereditarju fuq il-bazi tad-denunzja li tkun saret, ma jistax jghaddi ghal "assessment" gdid "ex officio" ghas-semplici raguni li huwa, wara, jifforma dubju serju dwar il-korrettezza ta' l-istimi li jkunu akkompanjaw id-denunzjau li kienu gew accettati mill-Kollettur, u li fuqhom huwa jkun intaxxa l-assi ereditarju. Dan pero', ma jfissirx illi l-likwidazzjoni hekk maghmula mill-Kollettur hija finali u definitiva; imma l-Kollettur ghandu mezzi ohra biex jipprocedi kontra l-kontribwent li jkun ipprezentalu xi denunzja, anki meta huwa jkun ga approva dik id-denunzja; liema mezzi huma ta' zewg xorta, u jiddifferixxu wiehedmill-iehor skond jekk il-Kollettur ikooux jew le ragunijiet biex jissuspetta illi l-insufficjenza tal-valur dikjarat hi dovuta ghall-intenzjoni ta' erazjoni ta' l-imposta. Jekk il-Kollettur ma jkollux dak is-suspett tal-mala fede tal-kontribwent, l-unika procedura li jista' jsegwi hija dik tal-gudizzju ta' stima, li tista' tigi provokata minnu b'rikors lill-Qorti ta' l-Appell fi zmien tliet xhurminn meta jkun sar il-hlas kollu tat-taxxa likwidata fuq il-valur denunzjat, bla hsara tad-dispozizzjoni tal-ligi dwar il-preskrizzjoni tat-talba ghall-hlas tat-taxxa li tkun ghad ghandha tithallas,kollha jew bicca minnha. Dan it-terminu huwa terminu ta' dekadenza, u mhux ta' preskrizzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni